[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Żejtun

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Iż-Żejtun)
Żejtun
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaReġjun tan-Nofsinnhar
Ismijiet oriġinali Żejtun
Ġeografija
Koordinati 35°51′20″N 14°32′00″E / 35.8556°N 14.5333°E / 35.8556; 14.5333Koordinati: 35°51′20″N 14°32′00″E / 35.8556°N 14.5333°E / 35.8556; 14.5333
Żejtun is located in Malta
Żejtun
Żejtun
Żejtun (Malta)
Superfiċjenti 7.4 kilometru kwadru
Għoli 60 mu 50 m
Demografija
Popolazzjoni 11,508 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Celano (en) Translateu Tocina (en) Translate
zejtunlocalcouncil.com

Iż-Żejtun hu villaġġ ta' daqs medju fin-Nofsinhar ta' Malta. Iż-Żejtun għandu t-titlu ta' Città Beland, li kien mogħti minn Ferdinand von Hompesch zu Bolheim, Gran Mastru tal-Kavallieri ta' Malta fl-1797. Beland kien kunjom ommu.

Iż-Żejtun ħa ismu minn "żajtun" (żebbuġ bl-Għarbi). Hu wkoll magħruf bħala Ħal-Bisbut jew Bisbut Casal.

Fil-Medjuevu id-distrett kollu madwar iż-Żejtun, jiġifieri t-tarf tan-Nofsinhar ta' Malta, kien magħruf bħala le Terre di Santa Caterina, ("l-artijiet ta' Santa Katerina" bit-Taljan billi t-Taljan kien il-lingwa uffiċjali dak iż-żmien). Matul dan il-perjodu għadd ta' rħula ġodda bħal Ħal-Għaxaq u Marsaxlokk ħarġu minn partijiet tal-parroċċa taż-Żejtun. Fis-snin medjevali, iż-Żejtun kien imiss maż-Żurrieq billi Birżebbuġa kienet għadha parti miż-Żurrieq. Ir-reġiment tal-milizzja lokali taż-Żejtun kien wieħed mill-ewwel li ġie wiċċ imb wiċċ mal-forzi Ottomani fil-bidu tal-Assedju l-Kbir tal-1565, iżda l-belt kompliet issofri minn attakki mill-pirati Torok sal-1614, meta attakk mit-Torok kien megħlub mingħajr l-għajnuna tal-milizzji l-oħra. Il-belt kellha rwol minuri fil-Imblokk Franċiż tal-1799/1801 bħala kwartier għas-suldati. Din kienet waħda mill-ewwel bliet f'Malta, barra miż-żoni fortifikati prinċipali ta' Malta, li kellha ġnien pubbliku. Dan il-ġnien, Ġnien Luqa Briffa, għadu hemm sal-lum. Dan hu msemmi għal suldat tal-kavallerija famuż ta' matul l-Assedju l-Kbir ta' Malta.

Iż-Żejtun għadda l-ħakma Ingliża tal-gżejjer Maltin bħala post kwiet rurali fir-raba' ħadra ta' Wied Mazza. F'dan il-perjodu kien hemm wieħed mill-ħafna sptarijiet f'Malta għal suldati Ingliżi u Franċiżi feruti fil-Ewwel Gwerra Dinjija. Mill-Indipendenza ta' Malta 'l hawn iż-Żejtun kiber ħafna.

Kunsill Lokali

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Kappella ta' San Klement madwar 1622

Bħalissa l-membri tal-Kunsill Lokali elett wara l-elezzjoni li saret fit-8 Marzu tal-2008 huma:

  • Joe Attard B.A. (Hons), Sindku
  • Joan Agius, Sindku Deputat
  • Darrell Pace, Kunsillier
  • Claude C. Camilleri, Kunsillier
  • Richard Darmanin, Kunsillier
  • Joseph Hales, Kunsillier
  • Stephania Fenech B.A. (Hons) P.G.C.E, Kunsillier
  • Anthony Seychell, Kunsillier
  • Elisabeth Wille Piscopo, Kunsillier

Wara l-emendi għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali tal-2009, it-terminu tal-kunsill lokali ġie mtawwal minn tlieta sa ħames snin.

Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill bħalissa hu s-Sur Anton Falzon

Knejjes, kappelli u fdalijiet storiċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-raħal fih diversi fdalijiet Rumani, fosthom Villa Rumana. Il-knisja prinċipali hi ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra. L-ewwel ġebla tagħha tbierket fl-1692 u tlestiet fl-1720. L-ewwel arċipriet kien Dun Pawl Branchel. Qabel kien hemm knisja oħra ddedikata lil Santa Katerina li llum tinsab fit-tarf tal-belt u hi magħrufa min-nies bħala San Girgor, x'aktarx minħabba l-purċissjoni annwali ddedikata lil dan il-qaddis. Fiż-żminijiet Medjevali din kienet tibda mill-Imdina.

Iż-Żejtun għandu ħafna kappelli, fosthom ta' San Klement, tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb, tas-Salvatur, tal-Assunta (magħrufa bħala Santa Marija), l-Ispirtu s-Santu , Sant'Anġlu, San Niklaw, Knisja tal-Madonna tal-Ħniena, Bir id-Deheb, il-Madonna ta' Lourdes, il-Madonna tas-Sinjura, u Santa Marija ta' Ħal Tmiem .

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]