[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Qala (Għawdex)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Qala (Għawdex)
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaGħawdex
Kodiċi postali QLA
Ġeografija
Koordinati 36°02′07″N 14°18′37″E / 36.0353°N 14.3103°E / 36.0353; 14.3103Koordinati: 36°02′07″N 14°18′37″E / 36.0353°N 14.3103°E / 36.0353; 14.3103
Qala (Għawdex) is located in Malta
Qala (Għawdex)
Qala (Għawdex)
Qala (Għawdex) (Malta)
Superfiċjenti 5.9 kilometru kwadru
Għoli 98 m
Demografija
Popolazzjoni 2,284 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Lanciano (en) Translate
qala.gov.mt

Il-Qala hija unità amministrattiva Maltija fil-gżira ta' Għawdex. Il-popolazzjoni tar-raħal f'Settembru 2019 kienet tammonta għal 1,929 ruħ.[1] Fil-qrib hemm Ħondoq ir-Rummien, xatt tal-baħar bis-salini u bl-għerien.

L-isem tar-raħal "Qala" joriġina mill-Għarbi Sqalli u jfisser "port" jew "daħla".[2]

Il-Qala tissemma għall-ewwel darba f'dokument tas-seklu 15 fil-Librerija tal-Vatikan. L-isem tar-raħal jirreferi għad-daħla ta' Ħondoq ir-Rummien. Huwa l-iżjed raħal fil-Lvant ta' Għawdex. L-iżvilupp tal-insedjament attwali beda fit-tieni nofs tas-seklu 17.

Għajr għal xi daħliet kennija oħra bħal Ħondoq ir-Rummien, ix-xatt tal-Qala huwa tal-blat jaqta' ħafna. Fost l-għerien tal-baħar tul il-kosta hemm Għar Minka, li huwa aċċessibbli bid-dgħajsa biss.[3]

Ir-raħal tal-Qala huwa l-iżjed wieħed imbiegħed mill-belt kapitali ta' Għawdex, ir-Rabat, u huwa l-eqreb għall-bqija tal-arċipelagu Malti. L-istemma tar-raħal fiha dgħajsa Għawdxija tbaħħar f'baħar imqalleb. Il-knisja parrokkjali tar-raħal hija ddedikata lil San Ġużepp, il-patrun tar-raħal, u nbniet minn Dun Gużepp Diacono bejn l-1882 u l-1889. L-istil tagħha huwa Barokk bħal ħafna knejjes oħra tal-gżira. Ir-raħal tal-Qala sar parroċċa fit-3 ta' Frar 1872, u sal-1889 il-knisja parrokkjali kienet dik tal-Kunċizzjoni Immakulata tal-Madonna. L-ewwel ġebla tal-parroċċa ta' San Ġużepp tpoġġiet fid-19 ta' Marzu 1882 u l-knisja ġiet ikkonsagrata fit-8 ta' Mejju 1904.

Fost is-siti ta' interess storiku fil-Qala u fl-inħawi hemm is-salini, mitħna ppreservata sew u xi fdalijiet preistoriċi. Wieħed jista' jsib eżempji ta' cart ruts, li huma trinek paralleli mħaffrin fil-blat, li jestendu għal iktar minn 180 metru (590 pied) u huma fost l-itwal f'Għawdex.

Gruppi u għaqdiet volontarji fil-Qala

[immodifika | immodifika s-sors]

Grupp tal-Logħob tan-Nar tal-Qala

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Grupp tal-Logħob tan-Nar tal-Qala, li ġie stabbilit fl-1956, huwa magħmul minn voluntiera li jtellgħu l-ispettaklu tal-logħob tan-nar fil-festa kull sena.

Għaqda Briju San Ġużepp

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Għaqda Briju San Ġużepp, li ġiet stabbilita f'Lulju 2007, torganizza attivitajiet għaż-żgħażagħ is-sena kollha u taħdem l-iktar għall-ħabta tal-Festa ta' San Ġużepp biex torganizza l-briju tal-festa.

Qala St. Joseph F.C.

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-klabb tal-futbol Qala St. Joseph F.C. ġie stabbilit fl-1968 u kien imsemmi għall-patrun tar-raħal San Ġużepp qabel ma nbidel l-isem għal Qala Saints F.C. It-tim jilgħab fil-Lig tal-Futbol ta' Għawdex.

Grupp Folkloristiku tal-Menħir tal-Qala

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Grupp Folkloristiku tal-Menħir tal-Qala ilu jippromwovi l-kultura u l-folklor lokali mill-2003 u pparteċipa f'avvenimenti u f'attivitajiet lokali, nazzjonali u internazzjonali, inkluż fis-Slovenja, fl-Italja, fis-Serbja, fiċ-Ċekja u fil-Greċja, marbuta mal-kant, maż-żfin u mal-kostumi tradizzjonali.

Ite Ad Joseph

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Banda Ite ad Joseph hija l-banda uffiċjali tar-raħal tal-Qala u waħda minn ħdax-il banda ta' Għawdex. Għandha madwar 35 membru regolari tal-banda u għadd simili ta' studenti tal-mużika li jdoqqu fiha. Il-banda ħarġet żewġ CDs, fl-2001 u fl-2004, u daqqet f'irħula Maltin oħra kif ukoll fl-Italja, fil-Greċja u fl-Iżvezja.

Festa ta' San Ġużepp (il-patrun tal-Qala)

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-festa tal-Qala fl-ewwel Ħadd ta' Awwissu hija ddedikata lill-qaddis patrun tar-raħal, San Ġużepp. Il-knisja parrokkjali ġiet iddedikata wkoll lil San Ġużepp u ġiet iddisinjata minn Dun Gużepp Diacono u nbniet bejn l-1882 u l-1889. L-ewwel ġebla tpoġġiet fid-19 ta' Marzu 1882 u l-knisja ġiet ikkonsagrata fit-8 ta' Mejju 1904. Il-parroċċa saret arċipresbiterali fl-1965.

Ir-raħal tal-Qala ċċelebra l-ewwel festa tiegħu ta' San Ġużepp fis-27 ta' April 1890. Il-band tar-raħal, Ite ad Joseph, iddoqq fil-marċi u tagħmel kunċerti matul il-ġimgħa tal-festa.

Festival Folkloristiku Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan il-festival ta' erbat ijiem jiċċelebra l-mużika, il-kant u ż-żfin folkloristiċi tradizzjonali lokali u barranin. Isiru spettakli kemm minn gruppi folklorisitiċi u baned lokali kif ukoll barranin.

Toroq prinċipali tal-Qala

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Triq il-Belveder
  • Triq il-Kunċizzjoni
  • Triq il-Qala
  • Triq it-28 ta' April 1688
  • Triq iż-Żewwieqa
  • Triq l-Imġarr
  • Triq San Ġużepp

Toroq oħra fil-Qala

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Daħla il-Klin
  • Daħla il-Wileġ
  • Daħla Ta' Grunju
  • Daħla Tal-Ħawli
  • Daħla Tal-Knisja
  • Daħla Wied Biljun
  • Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg
  • Pjazza Repubblika
  • Pjazza San Ġużepp
  • Pjazza San Kerrew
  • Sqaq Ta' Ħatar
  • Sqaq Tal-Ħalq
  • Triq Andar ix-Xagħari
  • Triq Federico Barocci
  • Triq Ħondoq ir-Rummien
  • Triq il-Biċċier
  • Triq il-Forn
  • Triq il-Fortin Sant' Anton
  • Triq il-Fugass
  • Triq il-Kalati Puniċi
  • Triq il-Kappar
  • Triq il-Klin
  • Triq il-Mitħna
  • Triq il-Papa Piju IX
  • Triq il-Papa Piju XII
  • Triq il-Wardija
  • Triq il-Wileġ
  • Triq in-Nadur
  • Triq ir-Rebħa
  • Triq it-Telgħa
  • Triq it-Tempju
  • Triq l-Indipendenza
  • Triq l-Isqof Mikiel Buttigieg
  • Triq Lord Strickland
  • Triq Patri Ġużepp Portelli
  • Triq San Franġisk
  • Triq Santa Marija tal-Qala
  • Triq Ta' Cini
  • Triq Ta' Gafan
  • Triq Ta' Semper
  • Triq Taċ-Ċawl
  • Triq Tal-Maqjel
  • Triq Tal-Qasam
  • Triq Tas-Salib
  • Triq Tas-Surġent
  • Triq Tax-Xulliel
  • Triq Taż-Żrieraq
  • Triq Wied Biljun
  • Triq Wied Simar

Toroq f'Ta' Kassja

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Triq Anton Buttigieg
  • Triq Ġanni Vella
  • Triq il-Barbaġann
  • Triq il-Beata Adeodata Pisani
  • Triq il-Virgi
  • Triq in-Nigret
  • Triq it-30 ta' Ottubru 1948
  • Triq l-Isqof Baldassare Cagliares
  • Triq Salvu Attard
  • Triq Ta' Kassja

Il-Qala hija ġemellata ma':[4]

  1. ^ "The Malta Government Gazette. Government of Malta" (PDF).
  2. ^ "Leħen il-Malti. p. 88" (PDF).
  3. ^ "Ghar Minka (Minka Ghar) Map, Weather and Photos - Malta: cave(s) - Lat:36.0264 and Long:14.3072". www.getamap.net. Miġbur 2022-08-22.
  4. ^ "Twinning". localgovernment.gov.mt (bil-Malti). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-21. Miġbur 2022-08-22.