[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Ta' Xbiex

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ta' Xbiex
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Statistical district of MaltaNorthern Harbour District (en) Translate
Ġeografija
Koordinati 35°53′57″N 14°29′53″E / 35.8992°N 14.4981°E / 35.8992; 14.4981Koordinati: 35°53′57″N 14°29′53″E / 35.8992°N 14.4981°E / 35.8992; 14.4981
Ta' Xbiex is located in Malta
Ta' Xbiex
Ta' Xbiex
Ta' Xbiex (Malta)
Superfiċjenti 0.8±0 kilometru kwadru
Għoli 20 m
Demografija
Popolazzjoni 1,804 abitanti (31 Marzu 2014)
taxbiex.com

Ta’ Xbiex[1] huwa lokalità u Kunsill Lokali fir-Reġjun Ċentrali ta’ Malta b’popolazzjoni ta’ 2148[2]. Din il-lokalita tinsab f''żona żgħira fuq il-kosta fi hdan l-Port ta' Marsamxett, bejn l-irħula ta’ Msida u Gzira.

Jingħad li l-Isem Ta' Xbiex ġej mil-kelma Maltija ‘Tbexbex’ li tiddeskrivi ix-xemx tiela. Oħrajn jgħidu li isem Ta' Xbiex jista’ joriġina mill-kelma “Xbiek”. Dan minħabba x- xbieki tas-sajd li kienu jidhru fuq ix-xatt waqt li qed jintużaw mill-baħħara u sajjieda tal-lokal. [3] Fil-fatt, l-emblema u l-bandiera tal-lokalita' turi rota ta’ vapur biex tkompli tikkonferma l-konnessjoni mal-baħar[4]

Arkitettura u Bini Storiku

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħafna mid-djar antiki f’Ta’ Xbiex issa jospitaw numru ta’ ambaxxati barranin. Whitehall Mansions, binja li tinsab faċċata tal-Marina fit-triq principali, saret indirizz prestiġjuż u hija eżempju ta'arkitettura kolonjali. F'dan il-bini nsibu diversi ambaxxati, wħud minnhom dawk tal-Eġittu, Italja, Spanja, Ġermanja, Awstrija, Irlanda, Awstralja u tar-Renju Unit. Fl-1950s dan il-bini kien magħruf bħala The Wrennery u kien jintuża bħala residenza ghan-nisa li kienu jservu fis-servizzi Navali Brittanici.

Fil-lokalita nsibu għadd ta’ fornituri ta’ servizzi bħal kumpaniji tal-assigurazzjoni, kumpanniji Legali, Awdituri u Professjonijiet oħra.

Fost il-vilel oriġinali li jinsabu fit-toroq faċċata tal-baħar, wieħed isib lil Villa Oxania, li kienet ir-residenza tat-tabib u arkeologu Sir Temi Zammit (1864-1935). Vicin insibu wkoll Villa Cloe, id-dar ta’ Sir Arturo Mercieca (1878-1969), President għal żmien twil tal-Qrati Maltin u mexxej politiku magħruf sew.

Knisja San Ġwann tas-Salib

[immodifika | immodifika s-sors]

Din il-knisja saret parroċċa fl-1969 u hija mmexxija mill-Karmelitani Tereżjani. Il-Knisja hija mibnija fuq stil Ruman. Hija magħrufa għas-Salib pjuttost uniku tagħha li huwa 420 ċm għoli u 240 ċm wiesgħa.[5] Dan is-salib tpoġġa f'postu fl-1971. Huwa magħmul mill-azzar u huwa bbażat fuq tpinġija ta' San Ġwann tas-Salib. Jinghad li jista jkun l-akbar riproduzzjoni tat-tip tiegħu fid-dinja[6]

Fis-snin ħamsin diversi bastimenti ta' l-armata navali Ingliża kienu irmiġġati f'din iz-zona. Sal-lum, Ta’ Xbiex jospita ħafna dgħajjes privati kemm irregistrati Malta kif ukoll min-nazzjonalitajiet diversi li jagħmlu dan il-post id-dar tal-irmiġġ tagħhom għal soġġorni qosra kif ukoll twal.[7]

Ir-Royal Malta Yacht Club flimkien mal-bini tiegħu jinstab mal-kosta ta' Ta’ Xbiex u jospita ta' kull sena t-Tiġrija Rolex Middle Sea li hija popolari ħafna ma' dawk li għandhom ghal qalbhom dan l-isport. Dan il-klabb tal-jottijiet issa qed igawdi minn bini u faċilitajiet moderni fuq sit li gie rrinovat fl-2008. Il-Marina ta' din l-għaqda tospita 65 irmiġġ fil-Yacht Marina tagħha.[8]

L-Msida & Ta’ Xbiex Yacht Marina hija l-akbar Marina f' Ta' Xbiex u toffri 720 spazzju tal-irmiġġ. Din il-Marina hija magħrufa ghall-post stratiku u ċentrali tagħha li joffri kenn mill-irjieħ tal-Majjistral tal-Punent, filwaqt li l-brejkwater jipproteġiha kontra irjihat gejjin mil-Grigal.[9]

Hemm ukoll għadd ta’ ristoranti tul il-kosta li jaqdu l-komunità tal-jottijiet filwaqt li joffru wkoll veduti spettakolari tal-Belt Valletta u l-Furjana.[10]

Ta’Xbiex jifforma parti minn triq tul il-kosta li tibda mill-Pieta u tispicca San Ġiljan. Hija rotta popolari ħafna għal dawk li jipprattikaw il-giri jew mixi li jghaddu minn Ta' Xbiex waqt li jgawdu veduti storiċi, veduti tal-baħar kif ukoll il-kummerc tal-postijiet bieżla bħall-Gżira, Sliema u San Ġiljan.[11]

Kunsill Lokali

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex huwa magħmul minn:

Sindku: Maximillian Zammit

Vici Sindku: Oriana Calleja

Kunsilliera:  Louise Cachia Castelletti

                      Eugenio Muscat

                      Rosario Portelli

Segretarja: Yasmine Tonna

Toroq prinċipali f'Ta' Xbiex

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Triq Giuseppe Calì
  • Triq Abate Rigord
  • Triq Enrico Mizzi
  • Triq il-Prinċipessa Margerita
  • Triq il-Prinċipessa Eliżabetta
  • Triq l-Ambaxxati
  • Triq San Ġwann tas-Salib
  • Triq Sir Ugo Mifsud
  • Triq Testaferrata
  • Rampa ta' Ta' Xbiex
  • Vjal Sir Temi Zammit
  • Xatt Ta' Xbiex

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ Malta.), Thomas MacGill (of (1839). A hand book, or guide, for strangers visiting Malta (bl-Ingliż). Tonna. Parametru mhux magħruf |iktar= injorat (għajnuna)
  2. ^ "Ta' Xbiex (Locality, Malta) - Population Statistics, Charts, Map and Location". www.citypopulation.de. Miġbur 2021-04-05.
  3. ^ "Ta' Xbiex in Malta". My Guide Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.
  4. ^ "Ta' Xbiex in Malta". My Guide Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.
  5. ^ "Ta' Xbiex in Malta". My Guide Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.
  6. ^ "St John of the Cross website".
  7. ^ bridget248 (2019-05-31). "The Ta'Xbiex Yacht Marina" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.
  8. ^ "Marinas & Anchorages". www.rolexmiddlesearace.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-09-28. Miġbur 2021-04-05.
  9. ^ "Creek Developments Msida Marina | The most popular Marina in Malta". Miġbur 2021-04-05.
  10. ^ "Ta' Xbiex in Malta". My Guide Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.
  11. ^ "Ta' Xbiex". funmalta (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-05-25. Miġbur 2021-04-05.