Għasri
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Għasri | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Għawdex | ||
Ismijiet oriġinali | Għasri | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 36°03′30″N 14°13′40″E / 36.0583°N 14.2278°EKoordinati: 36°03′30″N 14°13′40″E / 36.0583°N 14.2278°E | ||
Superfiċjenti | 5 kilometru kwadru | ||
Għoli | 102 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 525 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
ghasri.com |
Il-Għasri hu raħal żgħir fil-gżira ta' Għawdex. Fl-2005 kien jgħodd 371 ruħ biss. Il-Għasri huwa magħruf għal l-għasel tajjeb u bnin. Sa' ftit snin ilu kien għad baqa' xi daqqaqa tal-qoton.
Il-knisja parrokkjali hija ddedikata lil Corpus Christi. Din bdiet tinbena fl-1903 u ġiet ikkonsegrata fl-1916. Fis-16 ta' Diċembru 1921, l-Għasri sar parroċċa. Ta' min jsemmi l-Bażilka tal-Madonna tal-Patroċinju, li hija l-eqdem waħda f'Għawdex, u t-tielet l-eqdem fil-pajjiż. Din inbniet fl-1739.
Il-fanal ta' Ġurdan, li jinsab fuq għolja f'dan ir-raħal, kien beda jinbena f'Ġunju 1852 u xogħolhu kien li jgħin lill-vapuri jew skejjen sabiex jitbiegħdu minn max-xtajta jew inkella li jiksbu d-dritt li jidħlu fil-portijiet Maltin.
Taħt l-istess għolja hemm ħbula ta' raba' li jwasslu sa' Wied il-Għasri, wied dejjaq u tawwali li l-ħanek tiegħu huwa ċagħqi. Mat-tul tal-wied insibu ħafna qasab, imsejjħa bil-latin bħala arundo donax, u siġar tat-tin.
Bejn l-Għasri u r-raħal tal-Għarb insibu l-irħajjel Ta' Għammar li jżomm mitt ruħ. Ta' Għammar jagħmel mal-kunsill lokali ta' l-Għasri, imma bħala parroċċa hu ma' l-Għarb. Hekk kif taqsam it-triq issib il-bażilka ta' Ta' Pinu.
Is-sindku huwa Dr. Daniel Attard, maħtur f'isem il-Partit Nazzjonalista.
Nistgħu ngħidu li fl-Għasri, waħda mill-iżjed bini importanti hija l-Knisja Parrokjali tal-Għasri.Insibu wkoll il-Fanal ta'Ġurdan, Wied il-Għasri u l-Bażilika tal-Patrocinju.
Nies Magħrufa Għasrin
[immodifika | immodifika s-sors]L-aktar Għasri magħruf huwa Toni Calleja, folklorista li ta' kull sena jikteb dwar drawwiet u twemmin f'dan ir-raħal tant ċkejken. Kull sena joħroġ enċikolpedija dwar dan ir-Raħal, bit-titlu: Korpus.
Jissemmew wkoll il-benefattur Salvu Gambin, Ġanni Saliba Ta' l-Għasfur, daqqaq tal-qoton u Ġużepp Sultana, bejjiegħ ta' l-ilma żahar.
Ħoloq
[immodifika | immodifika s-sors]