Modena
Modena | |||
---|---|---|---|
Italja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż | Italja | ||
Region of Italy | Emilia-Romagna | ||
Provinċja tal-Italja | Provinċja ta' Modena | ||
Isem uffiċjali | Modena | ||
Ismijiet oriġinali | Modena | ||
Kodiċi postali |
41121–41126 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 44°38′45″N 10°55′33″E / 44.64582°N 10.92572°EKoordinati: 44°38′45″N 10°55′33″E / 44.64582°N 10.92572°E | ||
Superfiċjenti | 183.19 kilometru kwadru | ||
Għoli | 34 m | ||
Fruntieri ma' | Bastiglia (en) , Bomporto (en) , Campogalliano (en) , Carpi (en) , Casalgrande (en) , Castelfranco Emilia (en) , Castelnuovo Rangone (en) , Nonantola (en) , San Cesario sul Panaro (en) , Soliera (en) , Spilamberto (en) , Formigine (en) u Rubiera (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 184,153 abitanti (1 Jannar 2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
059 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Almaty, Benxi (en) , Londrina, Novi Sad, Saint Paul (en) , Bella (en) u Linz (en) | ||
comune.modena.it |
Modena ([ˈmɔːdena]; bid-djalett ta' Modena: Mòdna [ˈmɔdnɐ]; bl-Etrusk: Mutna; bil-Latin: Mutina) hija belt u komun jew muniċipalità fin-naħa ta' Nofsinhar tal-Wied tax-Xmara Po, fil-Provinċja ta' Modena fir-reġjun ta' Emilia-Romagna fit-Tramuntana tal-Italja.
Hija wkoll is-sede ta' arċisqof, u hija magħrufa għall-industrija tal-karozzi tagħha peress li hemm jew kien hemm il-fabbriki ta' produtturi ta' karozzi sportivi u lussużi bħal Ferrari, De Tomaso, Lamborghini, Pagani u Maserati. Dawn il-produtturi kollha għajr tal-Lamborghini għandhom il-kwartieri ġenerali fil-belt jew fil-madwar. Waħda mill-karozzi tal-Ferrari, it-360 Modena, ingħatat isem il-belt stess.
L-Università ta' Modena, li ġiet stabbilita fl-1175 u li tkabbret bis-saħħa ta' Francesco II d'Este fl-1686, tiffoka fuq ix-xjenza ekonomika, il-mediċina u d-dritt, u hija it-tieni l-eqdem università fl-Italja. L-uffiċjali militari Taljani jiġu mħarrġa fl-Akkademja Militari ta' Modena, u parzjalment jiġu ospitati fil-Palazz Dukali Barokk. Il-Biblijoteka tal-Familja Este fiha bosta volumi storiċi u 3,000 manuskritt. Il-Katidral ta' Modena, it-Torri tal-Girlandina u l-pjazza msejħa Piazza Grande flimkien ġew imniżżla bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[1]
Modena hija magħrufa wkoll fil-qasam tal-gastronomija għall-produzzjoni tal-ħall balsamiku.[2]
Fost in-nies notevoli minn Modena nsibu lil Maria ta' Modena, ir-Reġina Konsorti tal-Ingilterra u tal-Iskozja; it-tenur tal-opri Luciano Pavarotti u s-sopran Mirella Freni, li twieldu fil-belt ta' Modena stess; kif ukoll lil Enzo Ferrari, il-fundatur magħruf tal-kumpanija tal-karozzi Ferrari; il-qassis Kattoliku Gabriele Amorth; ix-chef Massimo Bottura; l-artist tal-comics Franco Bonvicini; il-grupp mużikali Modena City Ramblers u l-kantant u kantawtur Francesco Guccini, li għexu hemmhekk għal diversi deċennji.
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Modena tinsab fil-Pjanura Padana, u hija kkonfinata biż-żewġ xmajjar Secchia u Panaro, li t-tnejn huma affluwenti tax-xmara Po. Il-preżenza tagħhom hija simboleġġata bil-Funtana taż-Żewġ Xmajjar fiċ-ċentru tal-belt, maħduma minn Giuseppe Graziosi. Il-belt hija kollegata max-xmara Panaro permezz tal-kanal Naviglio.
L-Appennini jibdew xi għaxar kilometri 'l bogħod mill-belt, lejn in-Nofsinhar.
Il-muniċipalità hija maqsuma f'erba' ċirkoskrizzjonijiet. Dawn huma:
- Iċ-Ċentru Storiku (iċ-Ċentru Storiku, San Cataldo)
- Crocetta (San Lazzaro, il-Lvant ta' Modena, Crocetta)
- Buon Pastore (Buon Pastore, Sant'Agnese, San Damaso)
- San Faustino (S.Faustino, Saliceta San Giuliano, Madonnina, Quattro Ville)
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Modena għandha klima subtropikali umduża, b'influwenzi kontinentali. Għandha preċipitazzjoni annwali medja ta' 809 millimetru (31.9 pulzier). Is-sjuf ikunu sħan u x-xtiewi kesħin u bil-borra. Din il-klima tiġi deskritta mill-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen bħala Cfa.
Data klimatika dwar Modena | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja medja °C (°F) | 5.6
(42.1) |
8.5
(47.3) |
13.1
(55.6) |
17.6
(63.7) |
22.5
(72.5) |
26.8
(80.2) |
29.7
(85.5) |
29.0
(84.2) |
25.0
(77.0) |
19.0
(66.2) |
12.3
(54.1) |
6.5
(43.7) |
18.0
(64.3) |
Temp. medja kuljum °C (°F) | 2.4
(36.3) |
4.6
(40.3) |
8.7
(47.7) |
12.8
(55.0) |
17.2
(63.0) |
21.2
(70.2) |
23.8
(74.8) |
23.3
(73.9) |
19.8
(67.6) |
14.5
(58.1) |
8.9
(48.0) |
3.5
(38.3) |
13.4
(56.1) |
Temp. baxxa medja °C (°F) | −0.7
(30.7) |
0.8
(33.4) |
4.3
(39.7) |
8.0
(46.4) |
12.0
(53.6) |
15.7
(60.3) |
17.9
(64.2) |
17.6
(63.7) |
14.6
(58.3) |
10.0
(50.0) |
5.6
(42.1) |
0.6
(33.1) |
8.9
(48.0) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 55
(2.2) |
54
(2.1) |
65
(2.6) |
77
(3.0) |
71
(2.8) |
63
(2.5) |
46
(1.8) |
59
(2.3) |
67
(2.6) |
87
(3.4) |
94
(3.7) |
71
(2.8) |
809
(31.8) |
Sors: Data Klimatika[3] |
Amministrazzjoni muniċipali
[immodifika | immodifika s-sors]- Governanza tal-belt
Mill-1946 sal-1992, Modena kellha sensiela ta' sindki Komunisti. Mis-snin 90 tas-seklu 20, il-governanza tal-belt għaddiet f'idejn koalizzjonijiet taċ-Ċentru-Xellug.
Il-korp leġiżlattiv tal-muniċipalità huwa l-Kunsill Komunali (Consiglio Comunale) li huwa magħmul minn 35 membru li jiġu eletti kull ħames snin. Il-korp eżekuttiv ta' Modena huwa il-Kumitat tal-Belt (Giunta Comunale) li huwa magħmul minn disa' kunsilliera, il-viċi sindku u s-sindku. Is-sindku attwali (2019) ta' Modena huwa Gian Carlo Muzzarelli, membru tal-Partit Demokratiku.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Żmien il-qedem
[immodifika | immodifika s-sors]It-territorju madwar Modena (bil-Latin: Mutina, bl-Etrusk: Mutna) ġie abitat mill-Villanovani fi Żmien il-Ħadid, u iktar 'il quddiem minn tribujiet mil-Liguria, mill-Etruski, u mill-Boii (l-insedjament stess kien Etrusk). Għalkemm id-data preċiża ta' meta ġie stabbilit l-insedjament mhix magħrufa, li hu magħruf hu li diġà kien jeżisti fis-seklu 3 Q.K., għaliex fil-218 Q.K., matul l-invażjoni ta' Annibale fl-Italja, il-Boii għamlu rewwixta u assedjaw il-belt. Tito Livio ddeskriviha bħala ċittadella ffortifikata fejn kienu jistkennu l-maġistrati Rumani. L-eżitu tal-assedju mhuwiex magħruf, iżda l-belt x'aktarx li ġiet abbandunata wara l-wasla ta' Annibale. Mutina ġiet stabbilita mill-ġdid bħala kolonja Rumana fil-183 Q.K., sabiex tintuża bħala bażi militari minn Marco Emilio Lepido, u dan wassal biex il-Liguri jisirquha fil-177 Q.K. Minkejja dan, inbniet mill-ġdid, u malajr saret l-iżjed ċentru importanti fil-Gallia Ċisalpina, kemm minħabba l-importanza strateġika tagħha kif ukoll minħabba li kienet tinsab f'salib it-toroq importanti bejn il-Via Emilia u t-triq li twassal għal Verona.
Fis-seklu 1 Q.K. Mutina ġiet assedjata darbtejn. L-ewwel assedju sar minn Pompeo Manju fit-78 Q.K., meta Mutina kienet difiża minn Marco Giunio Bruto (mexxej populista, li ma kellux x'jaqsam ma' ibnu, li baqa' magħruf bħala l-qattil ta' Ċesri). Eventwalment il-belt arrendiet minħabba l-ġuħ, u Bruto ħarab, minkejja li xorta nqatel f'Regium Lepidi. Fil-gwerra ċivili wara l-qtil ta' Ċesri, il-belt reġgħet ġiet assedjata, din id-darba minn Marco Antonio, fl-44 Q.K., u ġiet difiża minn Decimo Giunio Bruto Callaico. Ottavjanu ħeles il-belt bl-għajnuna tas-Senat.
Ċiċerun sejħilha Mutina splendidissima ("Mutina s-sabiħa") fil-Filippiki tiegħu (44 Q.K.). Sas-seklu 3 W.K., żammet il-pożizzjoni tagħha bħala l-iżjed belt importanti fil-provinċja l-ġdida tal-Emilia li kienet għadha kemm ġiet iffurmata, iżda l-waqgħa tal-Imperu wasslet fil-waqgħa ta' Modena wkoll, peress li kienet tintuża bħala bażi militari kemm kontra l-Barbari kif ukoll fil-gwerer ċivili. Jingħad li Mutina qatt ma ġiet misruqa minn Attila, peress li ċpar oħxon ħbiha (li jingħad li kien miraklu bis-saħħa ta' San Gemignano, isqof u patrun ta' Modena), iżda eventwalment inħakmet minn għargħar kbir fis-seklu 7 u ġiet abbandunata.
F'Diċembru 2008, ir-riċerkaturi Taljani skoprew iċ-ċentru tal-bċejjeċ tal-fuħħar fejn kienu jsiru l-lampi taż-żejt li kienu jdawlu l-Imperu Ruman. L-evidenza tal-postijiet fejn kienu jsiru l-bċejjeċ tal-fuħħar feġġet f'Modena, matul ix-xogħol ta' kostruzzjoni biex jinbena kumpless residenzjali qrib is-swar antiki tal-belt. Donato Labate, l-arkeologu inkarigat bl-iskavi, stqarr "Sibna radam kbir antik ta' żmien ir-Rumani mimli bċejjeċ tal-fuħħar. Kien hemm vażuni, fliexken, brikks, iżda fuq kollox, mijiet ta' lampi taż-żejt, u kull waħda kellha fuqha isem il-produttur".
L-eżiljati tal-belt stabbilew belt ġdida ftit mili lejn il-Majjistral, li llum il-ġurnata huwa l-villaġġ ta' Cittanova (letteralment "belt ġdida"). Għall-ħabta ta' tmiem is-seklu 9, Modena ġiet irrestawrata u ffortifikata mill-ġdid mill-isqof tagħha, Ludovico. Lejn dan iż-żmien inkitbet il-Kanzunetta għall-Għassiesa ta' Modena. Iktar 'il quddiem il-belt saret parti mill-patrimonju tal-Kontessa Matilda tat-Toskana, u saret komun ħieles mill-bidu tas-seklu 12. Fil-gwerer bejn l-Imperatur Federiku II u l-Papa Gregorju IX, Modena żammet mal-imperatur.
Il-familja Este ġew identifikati bħala s-sinjuri ta' Modena mill-1288 (Obizzo d'Este). Wara l-mewt tas-suċċessur ta' Obizzo (Azzo VIII) fl-1308, il-komun reġa' stabbilixxa ruħu, iżda sal-1336 il-familja Este reġgħet kisbet poter permanenti. Taħt Borso d'Este, Modena saret dukat.
Rinaxximent u żmien kontemporanju
[immodifika | immodifika s-sors]Imkabbra u ffortifikata minn Erkole II, il-belt saret ir-residenza dukali prinċipali meta Ferrara, is-sede ewlenija tal-familja Este, sfat f'idejn il-Papa fl-1598. Francesco I d'Este, id-Duka ta' Modena (1629–1658) bena ċ-ċittadella u beda jibni l-palazz, li ġie mżejjen u msebbaħ sew minn Francesco II. Fis-seklu 18, Rinaldo d'Este tkeċċa darbtejn mill-belt minn invażjonijiet Franċiżi, u Francesco III bena ħafna mill-binjiet pubbliċi ta' Modena, iżda l-pitturi tal-familja Este nbigħu u bosta minnhom spiċċaw fi Dresden, il-Ġermanja. Erkole III miet eżiljat fi Treviso, wara li rrifjuta l-offerti ta' kumpens mingħand Napuljun meta Modena saret parti mir-Repubblika Ċispadana. L-unika tifla tiegħu, Maria Beatrice d'Este, iżżewġet lil Ferdinandu I, l-Arċiduka tal-Awstrija u tal-familja Este, iben l-Imperatriċi Maria Teresa tal-Awstrija; u fl-1814 l-ikbar iben tagħhom, Francis IV, reġa' ngħata l-proprjetajiet tal-familja Este. F'qasir żmien, fl-1816, huwa waqqa' l-fortifikazzjonijiet u witta t-triq għas-snin ta' Modena taħt it-tmexxija Awstrijaka.
Ibnu Francis V kien ukoll mexxej ġust u kien magħruf li kien jieħu ħsieb il-vittmi tal-gwerra u bil-kolera u ma kienx joqgħod lura li jmidd idejh. Madankollu, hu wkoll kellu jiffaċċja rivoluzzjonijiet ispirati mill-barranin u tkeċċa temporanjament minn Modena fir-Rivoluzzjonijiet Ewropej tal-1848. Imbagħad reġa' kiseb il-poter, fost il-briju tal-popolin, bis-saħħa tat-truppi Awstrijaki. Għaxar snin wara, fl-20 ta' Awwissu 1859, ir-rivoluzzjonarji reġgħu invadew il-belt (din id-darba mill-Piemonte), u annettew lil Modena mar-Renju rivoluzzjonarju tal-Italja taħt is-Savoia.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Katidral, it-Torri Ċivika u Piazza Grande ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Attrazzjonijiet ewlenin
[immodifika | immodifika s-sors]Palazz Dukali
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Palazz Dukali, li beda jinbena minn Francesco I d'Este fl-1634 u li tlesta minn Francis V, kien is-sede tal-qorti tal-familja Este mis-sekli 17 sa 19. Il-palazz jokkupa s-sit fejn qabel kien hemm il-kastell tal-familja Este, li fl-imgħoddi kien fil-periferija tal-belt. Għalkemm ġeneralment jiġi attribwit lil Bartolomeo Avanzini, ġie ssuġġerit li fil-proċess tad-disinn kien fittex il-pariri u l-gwida ta' luminarji kontemporanji, fosthom Cortona, Bernini, u Borromini.
Il-Palazz Dukali attwalment jospita l-Akkademja Militari ta' Modena, il-Mużew Militari u librerija prezzjuża.
Il-palazz għandu faċċata Barokka li tagħti aċċess għall-Qorti Onorarja, fejn isiru ċ-ċerimonji militari, u għat-Taraġ Onorarju. Is-Sala Ċentrali għandha saqaf bl-affreski tas-seklu 17, fosthom l-Inkurunazzjoni ta' Bradamante ta' Marco Antonio Franceschini. Is-Sala ż-Żgħira tad-Deheb, magħrufa bħala Salottino d'Oro, miksija b'panewijiet indurati li jistgħu jinqalgħu, kienet tintuża mid-Duka Francis III bħala l-uffiċju prinċipali tiegħu fejn kien jaħdem.
Town Hall
[immodifika | immodifika s-sors]Iħares lejn Piazza Grande, il-Muniċipju ta' Modena nbena fis-sekli 17 u 18 mill-ġebel ta' diversi binjiet li kienu jeżistu qablu mill-1046 bħala uffiċji muniċipali.
Fih Torri tal-Arloġġ (Torre dell'Orologio; tal-aħħar tas-seklu 15), li fl-imgħoddi kien pariġġ torri ieħor (Torre Civica) li ġġarraf b'terremot fl-1671. Fuq ġewwa, ta' min isemmi s-Sala del Fuoco ("Sala tan-Nar"), li fiha freġju mpitter ta' Niccolò dell'Abbate (1546) b'karattri famużi minn Ruma Antika bi sfond tipiku tal-Emilia. Il-Camerino dei Confirmati ("Kamra tal-Konfermati") tospita wieħed mis-simboli tal-belt, is-Secchia Rapita, barmil li jinżamm bħala mafkar tar-rebħa fil-Battalja ta' Zappolino (1325) kontra Bologna. Dan il-barmil ispira l-poeżija bl-istess titlu ta' Alessandro Tassoni. Simboli oħra mill-Medju Evu f'Modena huma l-Preda Ringadora, ġebla rettangolari tal-irħam maġenb il-portiku tal-palazz, li tintuża bħala pjattaforma għall-kelliema, u l-istatwa msejħa La Bonissima: din tal-aħħar, ta' figura femminili, tpoġġiet fil-pjazza fl-1268 u iktar 'il quddiem tressqet fuq il-portiku.
Il-Katidral u t-Torri tal-Girlandina
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Katidral ta' Modena u l-kampnar anness miegħu huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien ma' Piazza Grande. Il-kostruzzjoni tagħhom bdiet taħt id-direzzjoni tal-Kontessa Matilda tat-Toskana u l-ewwel ġebla tpoġġiet fis-6 ta' Ġunju 1099. Il-kripta hija ddedikata lill-patrun tal-belt, San Gemignano. Il-Katidral ġie kkonsagrat sitt snin wara li tlesta fl-1184. Il-bini ta' katidral kbir f'dan il-post fejn spiss kien ikun hemm l-għargħar li preċedentement kien ċentru tal-Arjaniżmu kien att ta' tiġdid urban fih innifsu, u kien espressjoni tal-pietà li mmotivat l-Ewwel Kruċjata kontemporanja. Xi ħaġa mhux tas-soltu, isem il-bennej ewlieni, Lanfranco, ġie ċċelebrat f'ħajtu: il-kronista tal-belt esprima l-fiduċja popolari fil-bennej ewlieni minn Como, Lanfranco: bil-ħniena t'Alla nstab il-bniedem (inventus est vir). L-iskultur Wiligelmo li ddirieġa x-xogħlijiet ġie mfaħħar fil-plakka li kkommemorat l-istabbiliment tal-katidral. Il-programm tal-iskultura ma jintilifx f'bosta dettalji: l-univers selvaġġ perikoluż fuq barra jittaffa bil-figuri mill-Bibbja fuq il-portali li jwasslu fid-dinja Kristjana fuq ġewwa. Fl-iskultura ta' Wiligelmo f'Modena, il-bniedem uman jingħata fiżiċità mġedda li kien tilef fil-figuri simboliċi skematiċi tas-sekli ta' qabel. Fuq in-naħa tal-Lvant, tliet apsidi jirriflettu d-diviżjoni tal-katidral f'navata u kurituri wesgħin permezz tas-sura massiva u solida tagħhom. Il-Katidral ta' Modena ispira kampanji ta' bini ta' katidrali u abbaziji fil-wied kollu tax-xmara Po.
It-torri tal-kampnar Gotiku (1224–1319) jissejjaħ Torre della Ghirlandina b'referenza għall-girlanda tal-bronż fil-quċċata tiegħu.
Knejjes oħra
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Knisja ta' San Vinċenz: li nbniet fis-seklu 17 fuq knisja preċedenti tas-seklu 13. Id-disinn oriġinali sar minn Paolo Reggiano, iżda tlesta minn Bernardo Castagnini, x'aktarx bl-għajnuna ta' Guarino Guarini meta kien għadu żgħir. Fuq ġewwa hemm affreski ta' Sigismondo Caula li juru episodji tal-Ħajja ta' San Vinċenz u San Gejtanu. Il-koppla nqerdet fit-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-knisja tospita l-monumenti funebri tad-Duki tal-familja Este.
- Il-Knisja ta' Santa Maria della Pomposa: magħrufa wkoll bħala Aedes Muratoriana, x'aktarx hija l-eqdem knisja reliġjuża fil-belt, u ġiet iddokumentata saħansitra fl-1135. Ma tantx fadal wisq mit-tempju Medjevali oriġinali. Il-kostruzzjoni tal-knisja attwali saret l-iktar bis-saħħa ta' Ludovico Antonio Muratori, il-qassis tal-parroċċa (1716–1750), li reġa' bniha minn fuq s'isfel.
- Il-Knisja ta' San Giovanni Decollato: fiha pittura ta' Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann Battista, inbniet fis-seklu 16 fuq tempju preċedenti ddedikat lil San Mikiel, u ġiet immodifikata fis-seklu 18.
- Il-Knisja ta' Santu Wistin: inbniet fis-seklu 14 u ġiet rinnovata sew fl-1663 għall-funeral ta' Alfonso IV d'Este. L-istruttura oriġinali ġiet imsebbħa bi stukko tas-seklu 17 u msaqqfa bil-panewijiet. L-iżjed opra tal-arti notevoli hija l-Inżul ta' Kristu mis-Salib (1476) ta' Antonio Begarelli, li fl-imgħoddi kienet tinsab fil-Knisja ta' San Ġwann Battista. Hemm ukoll traċċi viżibbli ta' affresk tas-seklu 14 ta' Tommaso da Modena.
- Il-Knisja ta' San Franġisk: il-kostruzzjoni tal-knisja bdiet fl-1224 mill-Franġiskani, u baqgħet ma tlestietx għal żewġ sekli sħaħ. Il-knisja bi stil Gotiku fiha wieħed mill-kapulavuri ta' Begarelli, skultura tal-Inżul ta' Kristu mis-Salib magħmula bi tlettax-il statwa.
- Il-Knisja ta' San Pietru: inbniet, skont it-tradizzjoni, fuq it-tempju ta' Ġove. Il-binja attwali bi stil Rinaxximentali hija tal-1476, u hija mibnija ħdejn abbazija Benedittini stabbilita fid-996 'il barra mis-swar tal-belt; il-knisja hija fost il-ftit strutturi tas-seklu 15 b'dan l-istil f'Modena. Fuq ġewwa hemm orgni tas-seklu 15 u diversi opri tat-terrakotta ta' Begarelli. Il-kampnar inbena fl-1629.
- Il-Knisja ta' San Ġorġ: magħrufa wkoll bħala s-Santwarju tal-Verġni Mqaddsa li Tgħin il-Poplu ta' Modena. Il-knisja fiha immaġni venerata tal-Madonna fuq l-artal prinċipali. L-artal prinċipali (1666) inbena b'irħam polikromatiku minn Antonio Loraghi. Il-pjanta tal-knisja għandha għamla ta' salib Grieg, u nbniet fl-1647.
- Il-Knisja ta' San Bartilmew ta' Modena
- Il-Knisja tal-Voti: inbniet wara li spiċċat il-pesta tal-1630.
Sinagoga
[immodifika | immodifika s-sors]- Is-sinagoga, maġenb il-Palazz Komunali, inbniet mill-Komunità Lhudija ta' Modena bi stil tal-Lombardia u ġiet inawgurata fl-1873.
Attrazzjonijiet oħra
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Mercato Albinelli, suq storiku msaqqaf li ġie stabbilit fl-1931
- Il-Ġnien Botaniku tal-Università ta' Modena u Reggio Emilia
- Iċ-Ċimiterju ta' San Cataldo, iddisinjat mill-arkitett Taljan tal-avantgarde Aldo Rossi (1971–1997)
- Id-dar u l-mużew ta' Luciano Pavarotti[4]
Gastronomija
[immodifika | immodifika s-sors]Modena has a rich and diversified cuisine, often including meats, hams and salamis. One of the most famous Modenese dishes is "zampone" (the fatter and heartier version) or "cotechino modena" (cotechino is leaner and less fat than zampone). Cotechino dates back to around 1511 to Mirandola, where, whilst besieged, the people had to find a way to preserve meat and use the less tender cuts, so made the cotechino. By the 18th century it had become more popular than the yellowish sausage had been around at the time, and in the 19th century was in mass production in and around the area.
Modena's contribution to the Italian pasta culture are tortellini and tortelloni which are squares of pasta shaped in the form of a ring and stuffed with meat or cheese.
"Cappello del prete" is also a popular meal, which is a very fatty pig's trotter. Other dishes include "Torta Barozzi" or "Torta Nera", which is a black tart (a dessert made with a coffee/cocoa and almond filling encased in a fine pastry dough), "Ciccioli", made by slowly cooking, compressing, drying, and aging fatty, leftover pieces of pork, and "Pesto modenese", which is cured pork back fat pounded with garlic, rosemary and Parmigiano-Reggiano used to fill borlenghi and crescentine.
Balsamic vinegar of Modena became a protected geographical indication under EU law in 2000. The Balsamic Vinegar vinegar is a condiment for salad, cheese, strawberries and many other dishes. The practice of cooking the must of grapes can be traced back to the ancient Romans: the so-called sapum was used both as a medicinal product and in the kitchen as a sweetener and condiment. The long history of the Balsamic Vinegar came to us through centuries and now is most consumed abroad than in Italy.
Modena contains Italy's most acclaimed restaurant, Osteria Francescana, which holds three stars in the Michelin Guide since 2013 and, as of 2018, has been named as the best restaurant in the world in The World's 50 Best Restaurants.
Ekonomija
[immodifika | immodifika s-sors]Modena u l-provinċja tagħha huma fost l-iktar żoni affluwenti fl-Italja, bis-saħħa ta' agrikoltura rikka u bosta impriżi żgħar u medji tal-manifattura. Fost l-ikbar entitajiet li jħaddmu hemm BPER Banca, il-kumpanija tal-pubblikazzjoni Panini Group; Cremonini Group, waħda mill-ikbar kumpaniji fl-Ewropa tal-catering u tal-imballaġġ; Grandi Salumifici Italiani u Parmareggio, Gruppo Fini, kumpaniji kbar oħra tal-ipproċessar tal-ikel; u Liu·Jo, kumpanija kbira tal-ilbies.
Industrija tal-karozzi
[immodifika | immodifika s-sors]Modena, flimkien ma' Torino, hija wieħed miċ-ċentri prinċipali tal-Italja fil-qasam tal-industrija tal-karozzi, bi storja u tradizzjoni rikka f'dan il-qasam. Id-ditta ikonika Ferrari ġiet stabbilita f'Modena mil-leġġendarju Enzo Ferrari, u llum is-sede tal-kumpanija tinsab ftit 'il barra mill-belt, fis-subborg ta' Maranello. Diversi manifatturi Taljani oħra tal-karozzi lussużi bħal Pagani, Lamborghini, u Maserati għandhom is-sede tagħhom fiż-żona. Il-produttur tal-muturi elettriċi Energica Motor Company għandha s-sede tagħha fil-belt ukoll.
Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Giuseppe Castagnetti (1909–1965), politiku Kattoliku Ruman
Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Trasport ferrovjarju
[immodifika | immodifika s-sors]L-istazzjon ferrovjarju ta' Modena, li fetaħ fl-1859, jifforma parti mil-linja ferrovjarja Milan–Bologna, u huwa wkoll it-terminal ta' żewġ linji ferrovjarji oħra, li jikkollegaw lil Modena ma' Verona u ma' Sassuolo, rispettivament.
Trasport urban
[immodifika | immodifika s-sors]In-network tat-trasport pubbliku urban ta' Modena jitħaddem mis-SETA. In-network jinkludi s-sistema tat-trolleybus ta' Modena.
Demografija
[immodifika | immodifika s-sors]Skont iċ-ċensiment tal-2011, kien hemm 179,149 ruħ jirresjedu fil-belt. Id-densità tal-popolazzjoni kienet 978.9 persuna għal kull kilometru kwadru. Il-minorenni (tfal taħt it-18-il sena) kien jammontaw għal 16.2 fil-mija tal-popolazzjoni meta mqabbla mal-pensjonanti li kienu jammontaw għal 22.5 fil-mija. Dan huwa qrib il-medja Taljana ta' 18.1 fil-mija (minorenni) u ta' 19.9 fil-mija (pensjonanti). L-età medja tar-residenti ta' Modena hija 44 sena meta mqabbla mal-medja Taljana ta' 42 sena. Bejn l-2002 u l-2007, Modena kibret bi 2.4 %, filwaqt li l-Italja kollha kibret bi 3.6 %. Ir-rata tat-twelid attwali ta' Modena hija li jitwieldu 9.62 persuni għal kull 1,000 abitant, meta mqabbla mal-medja Taljana fejn jitwieldu 9.45 persuni.
Mill-2006, 89.6 % tal-popolazzjoni kienu Taljani. L-ikbar grupp ta' barranin ġej minn inħawi oħra tal-Ewropa (l-iktar ir-Rumanija u l-Albanija): 3.9 %, segwiti mit-Tramuntana tal-Afrika: 2.4 %, u l-Afrika sub-Saħarjana: 1.9 %.
Sport
[immodifika | immodifika s-sors]Modena għandha tradizzjoni sportiva b'saħħitha, marbuta l-iktar mat-tlielaq tal-karozzi bħala l-belt fejn twieled Enzo Ferrari, il-fundatur tat-tim tat-tlielaq tal-karozzi u tal-produzzjoni tal-karozzi Ferrari bbażat mhux wisq 'il bogħod, f'Maranello. Il-Ferrari 360 Modena ngħatat isem il-belt. Modena hija magħrufa bħala l-"Belt Kapitali tal-Karozzi Sportivi" fid-dinja, peress li tospita lil Maserati, Lamborghini, Pagani u preċedentement anke lil Ducati u De Tomaso.
Il-belt kellha żewġ klabbs tal-futbol ewlenin: Modena F.C., li kienu jilagħbu fis-Serie B għal bosta snin qabel ma ġie xolt fl-2017, u t-tim tas-Serie B Carpi F.C. 1909. Fl-2018, il-klabb Modena F.C. reġa' ġie stabbilit bħala Modena F.C. 2018 u jilagħbu f'darhom fl-istadium Alberto Braglia, li jesa' 21,151 spettatur u li qabel kien jilqa' lil Modena F.C. Dan l-istadium intuża wkoll biex jospita r-Rugby Union internazzjonali.
Il-volleyball għandu rwol importanti fl-istorja sportiva ta' Modena. It-tim Modena Volley rebaħ 12-il Kampjonat Nazzjonali, erba' staġuni taċ-Champion's League, u trofej oħra.
Hemm ukoll klabb tal-baseball club bi tradizzjoni ta' 50 sena — Modena BBC, li attwalment jilgħab fis-Serie A tal-Kampjonat Taljan tal-Baseball.
Relazzjonijiet internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Modena hija ġemellata ma':
- Almaty, il-Każakistan
- Benxi, iċ-Ċina
- Highland Park, Illinois, l-Istati Uniti
- Linz, l-Awstrija
- Londrina, il-Brażil
- Novi Sad, is-Serbja
- Saint Paul, Minnesota, l-Istati Uniti
Konsolati
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Cathedral, Torre Civica and Piazza Grande, Modena". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-01.
- ^ Redazione (2020-07-10). "Aceto balsamico di Modena DOP IGP: una storia millenaria". beverfood.com (bit-Taljan). Miġbur 2022-03-01.
- ^ "Modena climate: Average Temperature, weather by month, Modena weather averages - Climate-Data.org". en.climate-data.org. Miġbur 2022-03-01.
- ^ "Casa Museo Luciano Pavarotti". Casa Museo Luciano Pavarotti (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-01.