Hans Sachs
Hans Sachs | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Nuremberg, 5 Novembru 1494 |
Nazzjonalità | Imperu Ruman Qaddis |
Mewt | Nuremberg, 19 Jannar 1576 |
Post tad-dfin | Johannisfriedhof |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Latin school (en) |
Lingwi | Ġermaniż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
poeta kittieb kantant drammaturgu attur kompożitur |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Hans Sachs (5 ta' Novembru 1494 - 19 ta' Jannar 1576) kien Meistersinger (għannej), poeta, drammaturgu, u skarpan Ġermaniż.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Hans Sachs twieled f'Nuremberg (Mudell:Lang-de). Meta kien tifel attenda skola tal-kant li kienet issir fil-knisja ta’ Nuremberg. Dan għen biex iqajjem fih interess fil-poeżija u l-mużika.[1] Missieru kien ħajjat. Huwa attenda skola Latina (Mudell:Lang-de) f'Nuremberg. Meta kellu 14-il sena daħal apprendist ma’ skarpan.
Wara l-apprendistat, ta’ 17-il sena, beda jivvjaġġa ma' sħabu u studenti oħra fuq xogħol.[1] Għal għad ta’ snin ħadem fis-sengħa tiegħu f'ħafna bliet, inklużi Regensburg, Passau, Salzburg, Munich, Osnabrück, Lübeck, u Leipzig.[2]
Fl-1513 wasal il-belt żgħira ta' Wels, fejn baqa' għal xi żmien, jiddedika ruħu għall-kultivazzjoni tal-arti.[1] L-Imperatur Massimiljan I għadda minn din il-belt bil-pompa rjali tiegħu kollha, xi ħaġa li impresskonat ħafna lill-poeta żagħżugħ.[1] Irnexxielu jofħol jaħdem fil-palazz ta' Innsbruck., iżda ftit wara telaq lejn Schatz u Munich.
Fl-istess sena, ħa tip ta’ apprendistat biex isir mastersinger fi Munich. Lienhard Nunnenbeck, nassaġa prim, kien l-imgħallem tiegħu.
Fl-1516 stabbilixxa ruħu f’Nuremberg u baqa’ hemm għall-bqija ta’ ħajtu. Fl-1 ta’ Settembru 1519 iżżewweġ lil Kunigunde Creutzer (1502–1560). Kellhom sebat itfal, iżda kollha mietu matul ħajtu.[3] Huwa reġa' żżewweġ fit-2 ta' Settembru 1561, din id-darba lill-armla żagħżugħa Barbara Harscher.
L-avveniment sinifikanti li kellu l-akbar impatt tal-ħajja intellettwali tiegħu kien ir-Riforma Protestanta; beda jsegwi t-tagħlim ta’ Luteru, u fl-1523 kiteb poeżija ad unur ta’ Luteru li tibda hekk “It-tajra ta’ billejl minn Wittenberg, li tinstema’ kullimkien” (Mudell:Lang-de), u erba' djalogi notevoli fil-proża, li fihom l-ammirazzjoni tiegħu għar-riformatur kellha tiġi mrażżna xi ftit wara pariri għal moderazzjoni. Minkejja dan, tant kien akkanit għall-fidi l-ġdida li qala' ċanfira mill-kunsill tal-belt ta’ Nuremberg, u kien ipprojbit li jippubblika aktar "Büchlein oder Reimen" (flujetti jew taqbiliet). Ma damx wisq żmien, iżda, qabel ma l-kunsill innifsu twaħħad ukoll mar-Riforma.[2]
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa kiteb aktar minn 6,000 xogħol ta' tipi varji. In-numri eżatti jvarjaw ħafna fil-letteratura sekondarja, prinċipalment minħabba li mhux dejjem ikun ċar jekk biċċa hix xogħol indipendenti jew parti minn xogħol akbar. Apparti hekk, ċerti xogħlijiet jistgħu jitqiegħdu f'kategoriji differenti minn awturi differenti. Il-produttività tiegħu hija speċjalment notevoli għax baqa’ jaħdem bħala skarpan tul ħajtu kollha, dan anke għax, safejn hu magħruf,ma kienet il-prattika regolari tal-Mastersingers li kitbu jew ikantaw għall-flus. Ix-xogħlijiet tiegħu jinkludu:
- Mesiterlieder (madwar 4,200 kanzunetta)
- Poeżiji u kanzunetti oħra
- Drammi tal-Karnival
- Traġedji
- Kummidji
- Djalogi tal-proża
- Ħrejjef
- Folji reliġjużi, inklużi "Profezija mill-isbaħ għall-papat dwar kif se jiżvolġu l-affarijiet sa l-aħħar tad-dinja" (bil-Ġermaniż: Eyn wunderliche Weyssagung von dem Babsttumb, wie es ihm biz an das endt der welt gehen sol) b’kollaborazzjoni ma' Andreas Osiander (1527).[4]
Bħala karattru fittizju
[immodifika | immodifika s-sors]Hans Sachs huwa s-suġġett ta' opra (1840) ta' Albert Lortzing . Huwa karattru ewlieni fl-opra Die Meistersinger von Nürnberg (1868) ta' Richard Wagner.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d 2009 Jean Henri Merle D'Aubign, Storja tar-Riforma l-Kbira tas-Seklu Sittax fil-Ġermanja, l-Isvizzera. . Kotba Ġenerali
- ^ a b Sachs, Hans. Volume 23. Miġbur 2024-01-19.
- ^ "Hans Sachs | Master of Meistersingers, Playwright, Poet | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). 2024-01-15. Miġbur 2024-01-19.
- ^ The New Schaff-Herzog Encyclopedia of Religious Knowledge, S.M. Jackson et al., eds., Funk and Wagnalls: New York, 1911, v. 10, p. 139.
Links esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Spiegel.de (xi Xogħlijiet bil-Ġermaniż)
- fh-augsburg.de (xogħlijiet oħra bil-Ġermaniż)
- ni.schule.de (aktar xogħlijiet bil-Ġermaniż)
- R. Wagners Die Meistersinger von Nürnberg