[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

George Vella

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
George Vella
President ta' Malta

4 April 2019 - 4 April 2024
Marie Louise Coleiro Preca - Myriam Spiteri Debono
Ministru għall-Affarijiet Barranin

13 Marzu 2013 - 7 Ġunju 2017
Francis Zammit Dimech (en) Translate - Carmelo Abela (en) Translate
Membru tal-Parlament Ewropew

1 Mejju 2004 - 19 Lulju 2004
District: Malta
7. Ministru għall-Affarijiet Barranin

29 Ottubru 1996 - 6 Settembru 1998
Guido de Marco - Guido de Marco
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

1995 - 1996
Membru sostitut tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

17 Settembru 1986 - 26 Jannar 1987
Membru sostitut tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

26 April 1982 - 25 April 1983
Ħajja
Twelid Żejtun, 24 April 1942 (82 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
Post tax-xogħol Strasburgu
Brussell
Premjijiet
Sħubija Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

It-Tabib George Vella (Żejtun, 24 ta' April 1942) huwa l-għaxar President ta' Malta. Qabel huwa kien darbtejn Ministru tal-Affarijiet Barranin ta' Malta. Kien ukoll Deputat Priministru ta' Malta. Kien Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Ambjent mill-1996 sal-1998, u Ministru tal-Affarijiet Barranin mill-2013 sal-2017. Kien ukoll Deputat Mexxej tal-Partit Laburista mill-1992 sal-2003.

Nhar il-5 ta' Marzu 2019, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Kabinett kien għadu kif approva b’mod unanimu proposta tal-Prim Ministru biex Vella jkun innominat għall-Presidenza. Il-Gvern qal li f’laqgħa li saret immedjatament wara, il-Grupp Parlamentari tal-Gvern ukoll appoġġja din in-nomina b’mod unanimu.

Studja fil-Kulleġġ De La Salle u iggradwa mill-Università Rjali ta’ Malta bħala Tabib tal-Mediċina u Kirurġija. Bejn l-1966 u l-1973 huwa kien l-Uffiċjal Mediku tal-Malta Drydocks. Mill-1966 sal-1975 kien ukoll Demonstrator tal-Fiżjoloġija u tal-Bijokimika fl-Iskola Medika. Bejn l-1964 u l-2013 Vella kien konsulent fil-Mediċina tal-Avjazzjoni, speċjalista fil-Mediċina tal-Familja u wkoll tabib tal-familja.

Beda jieħu sehem attiv fil-politika sa mill-1976. Kien elett Membru Parlamentari fl-1978 sa 1987, u minn 1992 sal-lum. Matul il-karriera politika, kien anke nominat għal Mexxej tal-Partit Laburista fl-1992 mill-Mexxej Karmenu Mifsud Bonnici iżda huwa ma aċċettax.

Kien wieħed mill-ewwel Osservaturi Maltin fil-Parlament Ewropew u anke Membru Parlamentari Ewropew għal żmien qasir fl-2004. Esperjenza vasta u fit-tul fil-Kunsill tal-Ewropa, u fil-Parlament Ewropew, u f’konferenzi tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Kien Membru tal-Parlament Ewro-Mediterranju, u tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, Delegat tal-Partit Laburista fil-Konvenzjoni biex titfassal Kostituzzjoni għall-Unjoni Ewropea (2003), u Rappreżentant tal-Partit Laburista fil-Presidenza tal-Partiti Socjalisti tal-Ewropa.

Ħa sehem attiv f’numru kbir ta’ konferenzi politiċi madwar id-dinja, u kellu laqgħat ma’ numru kbir ta’ politiċi importanti fil-qasam politiku dinji. Interessat partikolarment fil-politika tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani.

Kien Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament.

Deputat Prim Ministru

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa nħatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista fl-1992 u dam sal-2003. Kien Deputat Prim Ministru u Ministru Affarijiet Barranin u tal-Ambjent 1996-1998. Mill-1998 sal-2013 kien il-Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Fl-2008, huwa mbotta l-kandidatura ta' Joseph Muscat bħala Mexxej ġdid tal-Partit Laburista.

Nhar it-13 ta' Marzu 2013 huwa nħatar Ministru għall-Affarijiet Barranin fil-Gvern Laburista li tela' fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 li saru ħamest ijiem qabel. Fl-2017, ma kkontestax l-elezzjoni. Wara l-elezzjoni, huwa sar kritiku tal-Gvern Laburista rigward l-emendi fil-liġi tal-IVF. Vella huwa kontra l-abort.

President tar-Repubblika

[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar il-5 ta' Marzu 2019, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Kabinett kien għadu kif approva b’mod unanimu proposta tal-Prim Ministru Joseph Muscat biex Vella, fl-età ta' 76 sena, ikun innominat għall-Presidenza. Il-Gvern qal li f’laqgħa li saret immedjatament wara, il-Grupp Parlamentari tal-Gvern ukoll appoġġja din in-nomina b’mod unanimu.

Fit-13 ta' Diċembru 2017, huwa sar Kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu tar-Repubblika ta' Malta.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
Predeċessur
Joe Brincat
Deputat Mexxej tal-Partit Laburista
1992–2003

Suċċessur
Charles Mangion

Predeċessur
Guido De Marco
Viċi-Prim Ministru ta' Malta
1996–1998

Suċċessur
Guido De Marco

Predeċessur
Francis Zammit Dimech
Ministru tal-Affarijiet Barranin
2013-2017

Suċċessur
Carmelo Abela

Predeċessur
Marie Louise Coleiro Preca
President ta' Malta
2019 – preżent

Suċċessur
Kariga attwali