[go: up one dir, main page]

Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union

L-appoġġ tal-UE lill-Ukrajna

Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren | українська | bir-Russu | русский

Fl-24 ta’ Frar 2022, il-forzi armati Russi bdew invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna. 

L-UE rreaġixxiet minnufih u b’mod deċiżiv għall-aggressjoni tal-Russja billi adottat miżuri restrittivi, b’konsegwenzi massivi u severi għar-Russja.

L-UE żiedet l-appoġġ politiku, umanitarju, finanzjarju, u militari tagħha lill-ekonomija, is-soċjetà u r-rikostruzzjoni futura tal-Ukrajna.

Taħt il-lenti

Is-solidarjetà tal-UE bil-fatti

L-UE hi magħquda u soda fl-appoġġ tagħha lill-Ukrajna, u tikkundanna bil-qawwa l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux iġġustifikata tar-Russja.

Minn mindu bdiet l-invażjoni tar-Russja, l-UE pprovdiet appoġġ ekonomiku, umanitarju, u militari estensiv lill-Ukrajna.

Għal aktar informazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-UE f’dan il-perjodu, żur il-websites speċifiċi u r-riżorsi ppubblikati mill-istituzzjonijiet, korpi, u aġenziji tal-UE:

European Parliament

Kif il-Parlament Ewropew qed jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-UE lill-Ukrajna

European Central Bank

Ir-rispons għall-invażjoni tal-Ukrajna, inklużi l-politika monetarja, l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet, u l-iżgurar tal-istabbiltà finanzjarja

Logo of European Union Agency for Criminal Justice Cooperation (Eurojust)

Ir-rwol tal-Eurojust fil-proċeduri ġudizzjarji rigward il-gwerra fl-Ukrajna

Europol logo

Kif il-Europol qed turi s-solidarjetà tagħha mal-Ukrajna

Is-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja

L-UE imponiet serje ta’ sanzjonijiet kontra individwi u organizzazzjonijiet. Dawn il-miżuri huma mfasslin biex idgħajfu l-bażi ekonomika tar-Russja, iċaħħduha minn teknoloġiji kritiċi, u jnaqqsulha l-kapaċità li tkompli għaddejja bil-gwerra.

Is-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja (il-Kunsill Ewropew)

Is-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja (il-Kummissjoni Ewropea)

Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni

Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna kienet akkumpanjata minn mewġa ta’ informazzjoni falza u qarrieqa dwar l-Ukrajna. Il-bażi tad-data EUvsDisinfo ġabret aktar minn 5,000 każ individwali ta’ diżinformazzjoni mmirata lejn l-Ukrajna.

Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni (il-bażi tad-data EUvsDisinfo)

Ir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna

Se jkun meħtieġ sforz finanzjarju globali kbir biex l-Ukrajna tinbena mill-ġdid wara li tintemm il-gwerra. L-UE diġà qed tikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex tagħti spinta lir-reżiljenza attwali tal-pajjiż, u stabbiliet ukoll Faċilità ġdida għall-Ukrajna, strument speċifiku biex jipprovdi lill-Ukrajna sa €50 biljun f’appoġġ finanzjarju stabbli u prevedibbli għall-perjodu mill-2024 sal-2027.

Ir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna (il-Kunsill Ewropew)

Ir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna (il-Kummissjoni Ewropea)

Il-Faċilità għall-Ukrajna (Il-Kummissjoni Ewropea)