Xlendi
Mottu: 'Navium Tutela - Protezzjoni lill-imriekeb | |
Isem uffiċjali: | Ix-Xlendi |
Stat: | Għawdex, Malta |
Isem tal-abitanti: | Xlendin |
Latitudni: | 36°1' 47" N |
Lonġitudni: | 14°13' 8" E |
Popolazzjoni: – Total: |
ċ.120 |
Konfini: | Kerċem, Munxar u Fontana (Għawdex) |
Qaddis patrun: – Ġurnata: |
Madonna tal-Karmnu l-Ewwel Ħadd ta' Settembru |
Ix-Xlendi huwa villaġġ tas-sajjieda fl-Lbiċ tal-Gżira Għawdxija. L-isem Xlendi probabilment ġejja mill-kelma xelandion, li kienet tip ta' dgħajsa Biżantina li kienet tankra f' dan il-port. Dan ir-raħal huwa imdawwar bl-irħula tal-Munxar, Kerċem u Fontana (Għawdex). Ix-Xlendi jaqa taħt l-amministrazzjoni tal-kunsill lokali tal-Munxar[1], għalkemm ix-Xlendi għandu il-mottu u l-arma tiegħu. Ix-Xlendi huwa famuż kemm għal bajja biex fiha jgħumu, il-blat fejn it-turisti jistgħu jixxemxu u in-natura għal mixjiet.
Fis-27 ta' Marzu 2010, saret elezzjoni biex jintażlu 5 persuni, biex mill-1 ta' Lulju, jingħaqdu bħala kunsill u jkunu responsabbli mill-finanzi tax-Xlendi. Ic-Ic-Chair-person elett huwa Godwin Azzopardi. Kunsilliera l-oħra huma: Borg Vincent, Busuttil Mark, Buttigieg Joselle, Michele Fenech Adami. Anthony Grech huwa is-Segretarju Ezekuttiv ta' dan il-Kumitat.
Postijiet Storiċi
[immodifika | immodifika s-sors]- Oqbra Puniċi u Anfori Rumani
L-oqbra ta' żmien Puniċi-Biżantini li instabu fl-1923 u 1965, jinsabu fil-Ponta ta' San Xmun (taħt Triq San Xmun) u oħrajn fil-Wied tax-Xlendi eżattament fil-ġebla imsejħa il-Fekruna[2]. Ir-Rumani kienu jaraw il-port tax-Xlendi bħala protezzjoni għal imriekeb tagħhom billi l-irdum li jdawru ix-Xlendi kienu jilqgħu ir-riħ. Barra minn hekk, f'nofs il-bokka tal-bajja hemm sikka illi bosta mriekeb kienu jolqtugħa u jgħirqu. Dawn ħallew bosta anfori fil-qiegħ tal-baħar u dawn jattiraw bosta bugħaddasa lejn ix-Xlendi.
- It-Torri tax-Xlendi
It-Torri li jgħasses il-ħalq tal-bajja ġie mibni mill-Gran Mastru Lascaris fid-28 ta' Ġunju 1650. Dan ġie mibni biex iħares il-bajja minn kuntrabandu u żbarki ta' Torok u Pirati. It-Torri tax-Xlendi kien ukoll importanti għal Armata Ingliża, tant u hekk illi kellu l-isem ta' Tower B. Dan kien importanti għal għassa ta' ebda żbark u dgħajjes ta' l-għadu. Tilef l-importanza mad-dħul ta' l-ajruplani fil-militar. It-Torri għadu kif kien ħlief li għadda minn xi restawr. Issa ġie kemmxejn abbandunat u jinsab fi stat ħażin ħafna u il-Kunsill Lokali qed jippjana restawr fuq il-ħitan ta' barra tat-Torri.
- Kappelli
Hija xi ħaġa kemmxejn straba illi fl-1600 ix-Xlendi kellha 4 kappelli. Dawn kienu:
- San Xmun kienet tinsab fil-Ponta ta' San Xmun u magħha kellha ċimiterju. Meta din il-kappella ġiet profonata, l-Isqof ordna illi jiġi mnaqqax salib biex juri illi hemm kien hemm midfuna xi nies.
- Santa Domenika kienet kappella troglodita li kienet tinsab fuq il-blat (x'aktarx fuq il-wied) bejn ix-Xlendi u il-Munxar. Fil-Viżita Pastorali ta' Dusina (1615) jgħidilna illi kienet kemmxejn diffiċli biex tilħaqa u illi kienet imżejna sabiħ ħafna b'artal imnaqqaf fil-blat. Kien hemm żmien meta din il-kappella kienet popolari ħafna tant illi fil-festa fis-6 ta' Lulju, lejlet kien ikun hemm il-Vespri u f' jumha festa fil-Kappella.
- Santa Katerina kienet mibnija fuq ix-Xlendi, fuq l-irdum qrib Kerċem. Ukoll kienet mibnija fuq għar li għandu l-istess isem tiegħu. Jingħad minn storiċi illi madwar din il-kappella kien hemm komunita zgħira tgħix fl-akwati.
- Viżitazzjoni ta' Forn il-Gir ma tantx kienet viżitataminn bosta nies. X'aktarx kienet mibnija bejn il-Munxar u ix-Xlendi fiż-żona ta' Ras il-Bajjada imma ftit li xejn nafu fuqha.
Dawn il-Kappelli imsemmiha fuq kollha ġew profonati bejn l-1650ijiet u 1680ijiet. Il-Komunita' ta' Sajjieda li inbniet aktar tard fl-1800ijiet ħasset in-nuqqas ta' kappella u bnew statwa ta' Sant' Indrija fil-port sakemm inbniet il-kappella iddedikata lil Madonna tal-Karmnu. Il-Kappella inbniet fl-1868 u ġiet iddedikata fl-1974. Kull sena, fl-ewwel Ħadd ta' Settembru, tiġi iċċelebrata il-festa lil patrun. Fil-wara nofsinhar, ikun hemm logħob tal-baħar fil-bajja fosthom il-Ġostra li huwa arblu ta' l-injam jiżloq li jitwaħħal fil-blat ħiereġ lejn il-baħar. Filgħaxija ikun hemm purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu madwar ix-Xlendi[3].
- Mitħna Taħt l-Art
Fl-1955, fil-blat ta' wara il-kappella tax-Xlendi, ġiet imħaffra mitħna. Kellhom jibnu mina twila 30 metru, għolja 2.5 metru u wiesgħa 3 metri u li tieħu għal kamra kbira fejn hemm il-magni bżonnjużi. Il-Kamra hija maqsuma fi tlett sulari u fuq wara hemm silo li jiġbor elf tunnelata ta' qamħ. The mill kienet mbnija meta kienet qed toqrob il-Gwerra Bierda u b'hekk imbniet b'tali mod illi bomba nukleari ma ittellifx. Din il-Mitħna qatt ma intużat.
Topografija
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Villaġġ tax-Xlendi għandu topografija sabiħa b'irdum fil-gnub għoljin u wied fuq wara li jġorr l-ilma tax-Xitra minn ta' Kerċem, Munxar, Fontana u ir-Rabat (Għawdex għal ġol-baħar.
- Bajja tax-Xlendi
Waqt ir-Renju Ingliż f' Malta, ix-Xlendi kellu bajja kbira ramlija li maż-żmien naqas ħafna bil-mewġ, l-ilma tal-wied u ukoll b'interferazzjoni tal-bniedem u issa għad baqa xi ftit ċagħaq. Il-Bajja hija ukoll magħrufa għal blat fuq in-naħa tal-lemin, biex jixxemxu u anke għal għadds.
- Wied tax-Xlendi
Dan il-wied jibda mill-Fontana, li jkompli mill-wied tal-Lunzjata. Il-Wied tax-Xlendi ifforma fl-Era Glacali minn ilma nieżel mill-Ewropa ghal Malta, meta dawn kienu magħqudin. Bħala prova, fil-kanal ta' bejn Sqallija u Malta, insibu sistema wieden taħt l-ilma li jixbħu, fl-istatura u fil-pożizzjoni, lill-Wied tax-Xlendi. Il-wied jiġbor fih l-ilma tax-Xita mill-irħula ta' Kerċem, Munxar, Fontana u ir-Rabat (Għawdex). Dan l-ilma jibqa' sejjer minn ġox-Xlendi għal ġol-bajja. Dan il-wied jikkawża ukoll għarar fit-triq ewlenija minn fejn jgħaddi il-wied. Il-wied tax-Xlendi huwa ukoll wieħed mill-ftit djar tal-Qabru.
- Kantra
Il-Kantra huwa wied li jinsab fuq il-lemin tal-bajja maġenb it-Torri tax-Xlendi. L-isem ġej mill-kelma Spanjola-Siċiljana Alcantara. Dan huwa minħabba il-forma tal-wied u tal-ħalq tal-wied stess. Mill-entrata tal-wied wieħed jista' jara forma ta' qaws. Bosta baħħar kienu jibżgħu mill-Kantra minħabba illi il-Profeta David kien kiteb Ibżgħu mill-qaws. F'dan il-wied hemm bosta tipi ta' flora u fauna rari u indiġena minħabba illi ma tant jersqu nies fil-wied. Biex wieħed jmur it-Torri tax-Xlendi jista' jgħaddi minn fuq pont fuq il-wied tal-Kantra mibni mill-Kavallieri wara li inbena it-Torri.
- Għerien
Fix-Xlendi insibu bosta għerien, kbar u żgħar fuq il-ġnub tal-bajja. L-aktar mifgħuma huma:
Għar ta' Karolina huwa għar fuq in-naħa tax-Xellug tal-Bajja. Darba kienet propjeta ta' Karolina Cauchi, sinjura mir-Rabat, bint tan-Nutar Nicolo Cauchi. Aktar tard, Karolina, waqqfet is-Sorijiet Agostinjani f' Għawdex u tat l-art tagħha kollha lilhom, fosthom dan l-għar. Is-sorijiet bdew fis-sajf joqgħodu ix-Xlendi u imorru jgħumu f' dan l-għar ċar u maqtugħ min-nies.
L-Għar ta'Santa Katerina ta' Siena tinsab 'l barra mill-bajja fuq in-naħa tax-Xellug. Hija mifgħuma ħafna għal-baħar kristall li ikun hemm. Fl-1600ijiet in-nies kienu jgħixu madwar l-għar u l-kappella li kienet eżatt fuq l-għar. Għalhekk l-isem ta' l-għar ġej mill-kappella.
- Natura
Fil-partijiet mhux developati tax-Xlendi, jgħixu ħafna tipi ta' flora u fauna fejn fosthom hemm dawk rari. Nistgħu insemmu il-Qabru, Widnet il-Baħar u il Gawwi. Illum ix-Xlendi huwa wieħed mill-postijiet l-aktar developati u jagħmlu ħsara kbira lil bijodiversita' taż-żona.
Nies Importanti jew Famużi fl-Istorja tax-Xlendi
[immodifika | immodifika s-sors]- Karolina Cauchi
Karolina Cauchi twieldet l-Isla fil-25 ta' Diċembru 1824, l-unika wild tan-Nutar Nicolo Cauchi mir-Rabat Għawdex. Karolina ġiet imrobbijja tajjeb ħafna u tgħallmet tikteb bit-Taljan.
L-ewwel komunita Dumnikana ġiet moħluqa minn Karolina u kienet tikkonsisti f'9 nisa. Hija tat l-art kollu tagħha lis-Sorijiet u fis-sjuf kienu jistriħu ix-Xlendi fid-dar mibnija minn Karolina. Il-Kongregazzjoni kibret ħafna[4].
Missier Karolina, In-Nutar Nicolo, ingħata xi art mill-Patrijiet Karmelitani ta' L-Imdina biex fuqa jibni kappella iddedikata lil Madonna tal-Karmnu.
- Constance Strickland
Lady Constance Strickland ippruvat kemm setgħet biex tirrestawra it-Torri tax-Xlendi f' sentejn fl-1956 meta it-Torri kien għoddu ħa jaqa'. Iżda wara ir-restawr fl-1979 hemm dokumenti Governali illi reġa waqa' fi stat ħażin.
- Toni Portelli - Ta' Talija
Toni Portelli kien famuż għal ħajja sempliċi imma nistgħu ngħidu ta' qligħ tiegħu fix-Xlendi. Kellu ħanut żgħir fuq il-port fejn kien ibigħ xi ftit soft drinks, biskuttini u xi ikel għan-nies u sajjieda tax-Xlendi. Barra minn hemm kien famuż għall-istuffat tal-fenek tant illi xi Maltin kienu imorru jieklu għandu. Kien ukoll imur bin-nagħaġ fuq l-irdum tax-Xlendi.
- Ganni ta' Berta
Ganni kien il-pulużija tax-Xlendi għal ħafna snin. Kien meqjus serju ħafna f' xogħlu, tant illi kien jgħasses lejl u nhar u anke waqt tempesti kbar biex jara illi ma jkun nġarr ħadd mal-kurrent tal-wied. Ir-Rettur kien jitolbu jiftaħlu il-bieb tal-Knisja kmieni filgħodu u jdoqq ukoll il-qniepel.
- Il-Familja ta' Gori
Din il-Familja kellha erja kbira ta' għelieqi li fihom kienu jaħdmu il-ġurnata kollha u tant kellhom xogħol illi kienu jitolbu lil nies oħra biex jgħinuhom. Barra minn hekk kellhom 6 baqriet li kienet rarita' fil-gżejjer tagħna f' dak iż-żmien. L-għelejjel u il-ħalib kien jinbih fix-Xlendi u iż-żejjed jinbigħ ta' Kerċem.
- Retturi
- Rafel Cassar 1872-1904
- Ganni Marija Attard 1905-1931
- Indri Buhagiar 1931-1939
- Karm Grech 1939-1941
- Guzeppi Grech 1941-1944
- Anton Grech Sciluna 1944-1960
- Guzeppi Curmi 1960-1984
- John Bosco Cremona 1984-
Triqat fix-Xlendi
[immodifika | immodifika s-sors]- Pjazza l-Anfori
- Triq il-Qsajjam
- Triq ir-Rabat
- Triq Ras il-Bajjada
- Triq San Xmun
- Triq il-Bizantini
- Triq ir-Rumani
- Triq il-Punici
- Triq it-Torri
- Triq il-Kantra
- Triq il-Kavallieri
- Triq iz-Zirzieb
- Triq l-Ghar ta' Karolina
- Triq Sienja
- Triq ir-Rancis
- Triq Qroll
- Triq tal-Karmnu
- Triq ix-Xlendi
- Triq is-Sajjieda
- Triq Sant' Indrija
References
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-01. Miġbur 2009-09-05.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ http://www.megalithic.co.uk/article.php?sid=10449
- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-30. Miġbur 2009-09-05.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-11-26. Miġbur 2009-09-05.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)