[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Volodymyr Zelenskyy

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Volodymyr Zelenskyy

Vuċi
6. President tal-Ukrajna

20 Mejju 2019 -
Petro Poroshenko
Kmandant Suprem tal-Forzi Armati tal-Ukrajna

20 Mejju 2019 -
Ħajja
Twelid Kryvyi Rih (en) Translate, 25 Jannar 1978 (46 sena)
Nazzjonalità Ukrajna
Unjoni Sovjetika
Residenza Palazz Mariinskyi
Erdenet (en) Translate
Kryvyi Rih (en) Translate
Grupp etniku Lhud Ukreni
L-ewwel lingwa Russu
Familja
Missier Oleksandr Zelenskyj
Omm Rimma Zelenska
Konjuga/i Olena Zelenska (en) Translate  (2003 -
Ulied
Edukazzjoni
Alma mater Kyiv National Economic University named after Vadym Hetman (en) Translate
Kryvyi Rih Institute of Economics (en) Translate
(1995 - 2000) : liġi
Lingwi Russu
Ukren
Ebrajk
Ingliż
Ġappuniż
Spanjol
Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
komiku
preżentatur
producer ċinematografiku
xeneġġatur
attur
produttur tat-televiżjoni
preżentatur televiżiv
intrattenitur
kantant
umorist
produttur tal-films
showman
attur tal-KVN
bniedem militari
imitatur
Tul 167 cm
Post tax-xogħol Kryvyi Rih (en) Translate
Kiev
Impjegaturi Kvartal 95 (en) Translate
1+1 (en) Translate
Inter (en) Translate
Office of the President of Ukraine (en) Translate
Xogħlijiet importanti Servant of the People (en) Translate
Premjijiet
Influwenzat minn Alexander Maslyakov (en) Translate
Psewdonomu Зелёный
Moviment artistiku political satire (en) Translate
parodija
kummiedja
umoriżmu
Strument/i tal-mużika vuċi
Servizz militari
Fergħa militari Armed Forces of Ukraine (en) Translate
Grad soldat (en) Translate
Iġġieldu invażjoni Russa tal-Ukrajna tal-2022
gwerra f'Donbas

Volodymyr Oleksandrovych Zelenskyy[1][2] (bl-Ukren: Володимир Олександрович Зеленський, pronunzjat: [woloˈdɪmɪr olekˈsɑndrowɪdʒ zeˈlɛnʲsʲkɪj]; twieled fil-25 ta' Jannar 1978) huwa politiku, eks attur u komiku Ukren li ilu jservi ta' President tal-Ukrajna mill-2019.

Zelenskyy trabba f'Kryvyi Rih, reġjun li fejn jitkellmu l-iktar ir-Russu fix-Xlokk tal-Ukrajna.[3] Qabel il-karriera tiegħu bħala attur, Zelenskyy kiseb Lawrja fil-Liġi mill-Università Ekonomika Nazzjonali ta' Kiev. Imbagħad kompla bħala komiku u ħoloq kumpanija tal-produzzjonijiet komiċi msejħa Kvartal 95, li tipproduċi films, cartoons, u shows tat-televiżjoni, inkluż Servant of the People, fejn Zelenskyy ħadimha tal-President tal-Ukrajna. Is-sensiela xxandret mill-2015 sal-2019 u kienet tassew popolari. F'Marzu 2018 ġie stabbilit partit politiku bl-istess isem tas-show televiżiv b'impjegati ta' Kvartal 95.

Zelenskyy ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-elezzjonijiet presidenzjali Ukreni tal-2019 lejlet il-31 ta' Diċembru 2018, fl-istess ħin tad-diskors ta' Lejliet l-Ewwel tas-Sena tal-President Petro Poroshenko fuq il-kanal televiżiv 1+1. Mhuwiex persuna li għamel karriera politika, iżda diġà kien minn ta' quddiem fl-ewwel stħarriġiet li bdew isiru għall-elezzjoni. Huwa rebaħ l-elezzjoni bi 73.2 % tal-vot fit-tieni rawnd, kontra Poroshenko. Huwa jiġi identifikat bħala populista, u hu stess ippożizzjona lilu nnifsu bħala figura kontra l-korruzzjoni u kontra l-establishment.

Bħala President, Zelenskyy huwa proponent tal-gvern elettroniku u l-għaqda bejn il-partijiet tal-pajjiż li jitkellmu bl-Ukren u dawk li jitkellmu bir-Russu.[4] L-istil ta' komunikazzjoni tiegħu juża ferm il-midja soċjali, b'mod partikolari Instagram.[5] Il-partit tiegħu rebaħ b'ħafna voti f'elezzjoni leġiżlattiva li saret malajr ftit wara l-inawgurazzjoni tiegħu bħala President. Matul l-amministrazzjoni tiegħu, Zelenskyy sostna t-tneħħija tal-immunità legali għall-membri tal-Verkhovna Rada, il-parlament tal-Ukrajna, ir-rispons tal-pajjiż għall-pandemija tal-COVID-19 u r-reċessjoni ekonomika sussegwenti, u xi progress fl-indirizzar tal-korruzzjoni.[6][7] Il-kritiċi ta' Zelenskyy isostnu li sabiex jaħtaf il-poter minn idejn l-oligarki Ukreni, huwa pprova jiċċentralizza l-awtorità u jsaħħaħ il-pożizzjoni personali tiegħu.[8]

Zelenskyy wiegħed li jtemm il-kunflitt twil tal-Ukrajna mar-Russja bħala parti mill-kampanja presidenzjali tiegħu, u pprova jidħol fi djalogu mal-President Russu Vladimir Putin.[9] L-amministrazzjoni ta' Zelenskyy iffaċċjat żieda kbira ta' tensjonijiet mar-Russja fl-2021, li laħqu l-milja tagħhom fit-tnedija ta' invażjoni Russa fuq skala sħiħa fi Frar 2022. L-istrateġija ta' Zelenskyy matul it-tisħiħ militari Russu kienet li jikkalma l-popolin tal-Ukrajna u jiżgura lill-komunità internazzjonali li l-Ukrajna ma riditx tirritalja.[10] Inizjalment żamm 'il bogħod mit-twissijiet ta' gwerra imminenti, filwaqt li appella għal garanziji ta' sigurtà u għal appoġġ militari min-NATO biex ikun jista' "jirreżisti" kontra t-theddida. Wara l-bidu tal-invażjoni, Zelenskyy iddikjara l-liġi marzjali fl-Ukrajna u mobilizzazzjoni ġenerali.

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

F'Settembru 2003, Zelenskyy iżżewweġ lil Olena Kiyashko, wara li kienu attendew l-iskola flimkien. L-ewwel wild tal-koppja, Oleksandra, twieldet f'Lulju 2004. Binhom, Kyrylo, twieled f'Jannar 2013. Fil-film ta' Zelenskyy tal-2014 8 New Dates, binthom ħadmitha ta' Sasha, bint il-protagonista. Fl-2016, ipparteċipat fis-show The Comedy Comet Company Comedy's Kids u rebħet 50,000 hryvnia.

L-ewwel lingwa ta' Zelenskyy hija r-Russufirst language is Russian, and he is also fluent in Ukrainian and English. His assets were worth about 37 million hryvnias (about $1.5 million USD) in 2018.

Għażla filmografika

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Titlu Rwol
2009 Love in the Big City Igor
2011 Office Romance. Our Time Anatoly Efremovich Novoseltsev
2012 Love in the Big City 2 Igor
2012 Rzhevsky Versus Napoleon Napuljun
2012 8 First Dates Nikita Sokolov
2014 Love in Vegas Igor Zelensky
2015 8 New Dates Nikita Andreevich Sokolov
2018 I, You, He, She Maksym Tkachenko

Sensiliet u shows televiżivi

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Titlu Rwol Noti
2006 Dancing with the Stars (Ukraine) bħala kontestant
2008–2012 Svaty bħala produttur
2015–2019 Servant of the People Vasyl Petrovych Holoborodko
  1. ^ "Zelensky, Zelenskiy, Zelenskyy: spelling confusion doesn't help Ukraine" (bl-Ingliż). 2019-06-09. Miġbur 2022-02-27.
  2. ^ "Twitter". Twitter (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-27.
  3. ^ "Military tactics: Zelensky plays both sides in Ukrainian crisis". web.archive.org. 2022-02-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-18. Miġbur 2022-02-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ Hosa, Joanna (2019). Zelensky Unchained: What Ukraine's New Political Order Means For Its Future (Report). ECRF. pp. 11–13.
  5. ^ Hosa, Joanna (2019). Zelensky Unchained: What Ukraine's New Political Order Means For Its Future (Report). ECRF. pp. 7–10.
  6. ^ "Ukraine's anti-corruption effort struggles, but soldiers on | Eurasianet". web.archive.org. 2022-02-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-19. Miġbur 2022-02-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "Faltering fightback: Zelensky's piecemeal campaign against Ukraine's oligarchs – European Council on Foreign Relations". web.archive.org. 2022-02-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-26. Miġbur 2022-02-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ "Ukraine: why Volodymyr Zelensky is pursuing a disruptive agenda". web.archive.org. 2022-02-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-20. Miġbur 2022-02-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ "Ukraine still backs Zelenskyy despite slow progress | Chatham House – International Affairs Think Tank". web.archive.org. 2021-11-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-11-17. Miġbur 2022-02-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "Conflict in Ukraine | Global Conflict Tracker". web.archive.org. 2022-02-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-23. Miġbur 2022-02-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)