[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Telč

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Telč
 Repubblika Ċeka
Amministrazzjoni
PajjiżRepubblika Ċeka
Regions of the Czech RepublicReġjun ta' Vysočina
District of the Czech RepublicDistrett ta' Jihlava
Kap tal-Gvern Vladimír Brtník (en) Translate
Isem uffiċjali Telč
Ismijiet oriġinali Telč
Kodiċi postali 588 56
Ġeografija
Koordinati 49°11′02″N 15°27′11″E / 49.184°N 15.453°E / 49.184; 15.453Koordinati: 49°11′02″N 15°27′11″E / 49.184°N 15.453°E / 49.184; 15.453
Telč is located in Czech Republic
Telč
Telč
Telč (Czech Republic)
Superfiċjenti 24.873079 kilometru kwadru
Għoli 514 m
Fruntieri ma' Radkov (en) Translate, Horní Myslová (en) Translate, Hostětice (en) Translate, Dyjice (en) Translate, Doupě (en) Translate, Černíč (en) Translate, Krahulčí (en) Translate, Kostelní Myslová (en) Translate, Mysliboř (en) Translate, Vanůvek (en) Translate, Vanov (en) Translate, Sedlejov (en) Translate, Třeštice (en) Translateu Volevčice (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 5,185 abitanti (1 Jannar 2024)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1099
bliet ġemellati Belpu Šaľa
telc.eu
Il-pjazza ewlenija taċ-ċentru storiku ta’ Telč

Telč (bil-pronunzja Ċeka: [tɛltʃ]; bil-Ġermaniż: Teltsch) huwa raħal fid-Distrett ta’ Jihlava fir-Reġjun ta’ Vysočina tar-Repubblika Ċeka, b’popolazzjoni ta’ madwar 5,300 abitant.[1] Ir-raħal huwa magħruf sew għaċ-ċentru storiku tiegħu, li huwa protett bil-liġi bħala monument urban u huwa wkoll Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.

Skont leġġenda lokali, ir-raħal ġie stabbilit fl-1099, madankollu l-ewwel dokumentazzjoni fejn jissemma hija tal-1315.[2] Ir-raħal twaqqaf fis-seklu 13 bħala fortizza tal-ilma rjali f’salib it-toroq tar-rotot kummerċjali bejn il-Boemja, il-Moravja u l-Awstrija.

Il-kastell ta’ Telč

Il-kastell Gotiku nbena fit-tieni nofs tas-seklu 14. Lejn l-aħħar tas-seklu 15, il-fortifikazzjonijiet tal-kastell ġew imsaħħa u nbena bieb-torri ġdid. Fin-nofs tas-seklu 16, il-kastell Medjevali ma baqax jissodisfa lin-nobbli Rinaxximentali Żakkarija ta’ Hradec, li ordna li l-kastell jiġi mmodifikat skont l-istil Rinaxximentali. Is-sular t’isfel ġie msaqqaf bir-riffieda mill-ġdid, filwaqt li l-faċċata ġiet iddekorata bl-isgraffito, u l-appartamenti statali u l-kwartieri abitabbli ngħataw ornamentazzjoni bl-istukko bit-trompe-l'œil u b’pitturi chiaroscuro paintings fl-1553. Il-kontroriforma wasslet għall-wasla tal-Ġiżwiti fir-raħal, li bnew il-knisja ddedikata lil Ġesù fl-1666-1667, skont il-pjanta ta’ Domenico Orsi. Il-kolonna ddedikata lill-Madonna u l-funtana fin-nofs tal-pjazza jmorru lura għas-seklu 18.[3]

Veduta ta’ Telč mill-Għadira ta’ Ulický

Attrazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Apparti l-kastell Rinaxximentali monumentali tas-seklu 17 bi ġnien bi stil Ingliż (modifika ulterjuri tal-kastell Gotiku oriġinali), l-iktar attrazzjoni sinifikanti hija proprju l-pjazza tar-raħal, li hija kumpless uniku urban tawwali bi djar Rinaxximentali u Barokki ppreservati tajjeb ħafna bi frontuni għoljin u bl-arkati. Fl-1992, Telč tniżżel fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.[4] Oriġinarjament, il-parkeġġ tal-karozzi fil-pjazza kien ipprojbit, iżda fis-seklu 21 ir-regolamenti dwar il-parkeġġ ġew illaxkati u kemm-il darba jkun hemm ilmenti li minħabba l-karozzi pparkjati s-sbuħija tal-pjazza ma tkunx tista’ titgawda għalkollox.

Sit ta’ Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-ċentru storiku ta’ Telč ġie ddeżinjat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”, ladarba ċ-ċentru storiku ta’ Telč iħaddan fih elementi arkitettoniċi u artistiċi intatti ta’ kwalità straordinarja, speċjalment il-pjazza ċentrali mdawra b’varjetà kbira ta’ faċċati; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”, ladarba fil-perjodu tal-Medju Evu aħħari fl-Ewropa Ċentrali ġew stabbiliti insedjamenti ppjanati f’żoni forestali verġni għal raġunijiet ta’ kontroll politiku u ta’ espansjoni ekonomika, u Telč huwa l-aqwa eżempju ta’ dan it-tip ta’ insedjament li baqa’ ppreservat tajjeb sa żminijietna.[4]

Il-varjetà tal-faċċati tad-djar fil-pjazza ċentrali

Fl-1963, Vojtěch Jasný ġibed il-film The Cassandra Cat proprju f’Telč. Iktar ’il quddiem, fl-1979, Werner Herzog ġibed il-film Woyzeck.

Diversi films Ċeki dwar ħrejjef inġibdu fil-kastell ta’ Telč. Fost l-iktar magħrufa kienu The Proud Princess (1952) jew Z pekla štěstí (1999).[5]

Nies notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]

Telč huwa ġemellat ma’:[6]

  1. ^ "Population of Municipalities - 1 January 2020". Population of Municipalities - 1 January 2020 (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-31.
  2. ^ 3nicom.cz. "Historical background". www.telc.eu . Miġbur 2021-03-31.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  3. ^ Sváček, Libor (2015). UNESCO. pp. 40–45. ISBN 978-80-7339-067-9.
  4. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Telč". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-31.
  5. ^ "Telč: The Painted City | Foreigners.cz Blog". blog.foreigners.cz (bl-Ingliż). 2020-07-15. Miġbur 2021-03-31.
  6. ^ 3nicom.cz. "Partnerská města". www.telc.eu . Miġbur 2021-03-31.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)