Massimo Oddo
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Massimo Oddo | ||
Twelid | 14 ta' Ġunju 1976 Città Sant'Angelo, Italja | ||
Tul | 1.82 m | ||
Rwol | Difensur lemini | ||
Mixtliet | |||
1992–1993 | Renato Curi Angolana | ||
1993–1995 | Milan | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1995–1999 | Milan | ||
1995–1996 | → Fiorenzuola (self) | ||
1996 | → Monza (self) | ||
1996–1997 | → Prato (self) | ||
1997–1998 | → Lecco (self) | ||
1998–1999 | → Monza (self) | ||
1999–2000 | Napoli | ||
2000–2002 | Verona | ||
2002–2007 | Lazio | ||
2007–2012 | Milan | ||
2008–2009 | → Bayern Munich (self) | ||
2011–2012 | → Lecce (self) | ||
Tim nazzjonali | |||
2002–2008 | Italja |
Massimo Oddo (twieled fl-14 ta' Ġunju 1976) huwa kowċ u eks-plejer tal-futbol Taljan li kien jilgħab fl-irwol ta' difensur lemini. Mat-tim nazzjonali hu rnexxielu jirbaħ it-Tazza tad-Dinja.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Massimo Oddo beda l-futbol professjonali mat-tim tas-Serie C1 Fiorenzuola, biex fis-snin ta' wara, dejjem fl-istess serje, lagħab ma' Monza, Prato u Lecco.
Id-debutt fis-Serie B wasal flimkien mat-tim ta' Monza, u ma' Verona lagħab l-ewwel żewġ kampjonati fis-Serie A. Wara ngħaqad mal-Lazio u hemmhekk hu sar kaptan tal-iskwadra u kien f'dan iż-żmien li ntgħażel għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali tal-Italja fil-partita kontra s-Slovenja li kienet spiċċat f'telfa ta' 1–0 għat-Taljani.
F'Jannar tal-2007 ġie akkwistat mill-Milan għas-somma ta' €7.75 miljun flimkien mat-trasferiment permanenti ta' Pasquale Foggia li kien diġà jinsab f'self mat-tim Lazjali. L-ewwel logħba mar-Rossoneri wasal kontra t-tim ta' Parma fit-28 ta' Jannar 2007 fir-rebħa ta' 1–0, u skorja l-ewwel gowl mat-tim kontra Chievo fir-rebħa ta' 3–1. Oddo kien parti mit-tim Minalista li rebaħ ċ-Champions League f'rebħa ta' 2–1 fuq Liverpool, u kif ukoll is-Supercup Ewropea tat-tim f'Awwissu meta rebħu lit-tim ta' Sevilla.
Nhar it-28 ta' Awwissu 2008, Oddo ġie msellef għal sena lit-tim tal-Bundesliga Bayern Munich b'għażla li jiġi mixtri b'mod definittiv fl-aħħar tal-istaġun, għażla li ma ttieħditx mill-klabb Bavarjan.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Oddo għamel id-debutt tiegħu mat-tim nazzjonali Taljan fl-2002. Hu beda mal-ewwel ħdax fl-ewwel seba' partiti tal-logħob ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2004. Matul il-kompetizzjoni fil-Portugall, huwa daħal bħala sostitut f'partita waħda kontra l-Bulgarija, u assista l-gowl li għen lill-Italja biex jirbħu l-logħba. Oddo kien parti mit-tim rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2006. Huwa lagħab biss 23 minuta mill-partita kontra l-Ukrajna.
Oddo skorja l-ewwel gowl internazzjonali għall-Italja minn penalty fil-partita ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 fis-7 ta' Ottubru 2006 kontra l-Ukrajna.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Lazio
- Coppa Italia: 2003–04
- Milan
- UEFA Champions League: 2006–07
- Supercup Ewropea: 2007
- Tazza tad-Dinja għall-Klabbs: 2007
Nazzjonal
[immodifika | immodifika s-sors]- Tazza tad-Dinja: 2006
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Massimo Oddo fuq National-Football-Teams.com
- Massimo Oddo – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)