[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Mahatma Gandhi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mahatma Gandhi

Vuċi
Ħajja
Isem propju મોહનદાસ ગાંધી
Twelid Porbandar (en) Translate, 2 Ottubru 1869
Nazzjonalità Indja
British Raj (en) Translate
Dominju tal-Indja
Residenza Londra
Indja
Afrika t'Isfel
Grupp etniku Gujarati people (en) Translate
L-ewwel lingwa Gujarati
Mewt Gandhi Smriti (en) Translate, 30 Jannar 1948
Post tad-dfin Raj Ghat and associated memorials (en) Translate
Kawża tal-mewt omiċidju (ferita b'tir ta' arma tan-nar)
Mudell:P Nathuram Godse (en) Translate
Familja
Missier Karamchand Uttamchand Gandhi
Omm Putlibai Karamchand Gandhi
Konjuga/i Kasturba Gandhi (en) Translate  (Mejju 1883 -  22 Frar 1944)
Ulied
Aħwa
Edukazzjoni
Alma mater Mahatma Gandhi Museum (en) Translate 1877)
Inner Temple (en) Translate
Samaldas Arts College (en) Translate
University College London (en) Translate
(1888 - : liġi
Lingwi Gujarati
Ħindi
Ingliż
Odia (en) Translate
Marathi
Għalliema Shrimad Rajchandra (en) Translate
Studenti
uri
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
avukat
kittieb politiku
ġurnalist
filosofu
awtobijografu
saġġist
editur tal-gazzetta
attivist tad-drittijiet tal-bniedem
kittieb tal-memorji
umanitarju
attivist tal-paċi
rivoluzzjonarju
kittieb
ġurist
freedom fighter (en) Translate
Tul 164 cm
Xogħlijiet importanti satyagraha (en) Translate
Premjijiet
Nominat għal
Influwenzat minn Henry David Thoreau (mul) Translate
Leo Tolstoy (en) Translate
Gautama Buddha
G. K. Chesterton (en) Translate
John Ruskin (mul) Translate
Vyasa (en) Translate
Narmadashankar Dave (en) Translate
Shrimad Rajchandra (en) Translate
Henry Stephens Salt (en) Translate
Thiruvalluvar (en) Translate
Sħubija Inner Temple (en) Translate
Vegetarian Society (en) Translate
Moviment non-vjolenza
veġetarjaniżmu
Servizz militari
Iġġieldu Marċ tal-Melħ

Mohandas Karamchand Gandhi (2 ta' Ottubru 1869 – 30 ta' Jannar 1948) kien l-akbar mexxej tal-Indja fil-ġlieda tagħha għall-indipendenza. Pijunier tas-satyagraha, jew reżistenza għat-tirannija permezz ta' diżubbidjenza ċivili tal-massa — filosofija mibnija fuq l-ahimsa, non-vjolenza totali — Gandhi wassal lill-Indja għall-indipendenza u ispira movimenti għad-drittijiet ċivili għal-libertà madwar id-dinja. Gandhi jissejjaħ ħafna drabi bħala Mahatma, li bis-Sanskrit tfisser "Ruħ Kbira". Fl-Indja jsejħulu Bapu, li bil-Gujarati tfisser "missier", u jqimuh uffiċjalment bħala Missier in-Nazzjon. Jum twelidu, it-2 ta' Ottubru, huwa Jum Nazzjonali fl-Indja, u l-Jum Internazzjonali tan-Non-Vjolenza fid-dinja kollha.

Gandhi l-ewwel ma ħaddem id-diżubbidjenza ċivili non-vjolenti kien bħala avukat fl-Afrika t'Isfel, fil-ġlieda li kellha l-komunità Indjana t'hemmhekk għad-drittijiet ċivili. Meta mar lura l-Indja fl-1915, beda jorganizza lill-bdiewa, raħħala u ħaddiem a biex jipprotestaw kontra t-taxxi esaġerati fuq l-art u d-diskriminazzjoni. Minn meta beda jmexxi l-Kungress Nazzjonali Indjan fl-1921, Gandhi beda jmexxi kampanji nazzjonali kontra l-faqar, biex jagħti iktar drittijiet lin-nisa, jgħaqqad nies ta' reliġjonijiet u etniji differenti, itemm id-diskriminazzjoni tal-intokkabbli, ikabbar l-awtonomija ekonomika personali, u jġib l-indipendenza tal-Indja mill-okkupazzjoni Brittanika. Gandhi mexxa lill-Indjani kontra t-taxxa fuq il-melħ li mponew l-Ingliżi, fil-famuż Marċ tal-Melħ twil 400 kilometru (250 mil) fl-1930, u iktar tard sejjaħ lill-Ingliżi biex jitilqu fl-1942. Intefa' l-ħabs bosta drabi, kemm fl-Afrika t'Isfel kif ukoll fl-Indja.

Gandhi issielet biex jipprattika n-non-vjolenza u l-verità dejjem u f'kull sitwazzjoni, u ħeġġeġ lil ħaddieħor jagħmel l-istess. Għex fil-faqar f'komunità residenzjali awto-suffiċjenti u kien jilbes ilbies fqir tradizzjonali Indjan, li kien nisġu hu nnifsu. Kien jiekol ikel veġitarjan sempliċi, u kien jagħmel diversi sawmiet fit-tul kemm biex jissaffa spiritwalment kif ukoll bħala protesta soċjali.

Tfulija u Żgħożija

[immodifika | immodifika s-sors]
Mohandas Karamchand Gandhi ta' 7 snin, madar l-1876

Gandhi twieled f'Porbandar, belt max-xatt li kienet tagħmel parti minn Bombay. Missieru, Karamchand Gandhi (1822–1885), li kien jagħmel parti minn komunità Hindu imsejħa Modh, kien diwan (uffiċjal għoli) ta' Porbander. Ommu, kienet ir-raba' mara ta' missieru, l-ewwel tlieta mietu waqt li kienu qegħdin iwelldu. Imrobbi minn omm devota u influwenzat mit-tradizzjonijiet Ġainisti tar-reġjun, Mohandas żviluppa fih qima kbira lejn l-annimali, il-veġitarjaniżmu, is-sawm għat-tisfija personali, u tolleranza lejn persuni ta' twemmin differenti.

Il-Klassiċi Indjani, l-iktar l-istejjer ta' Shravana and Maharaja Harishchandra, ħallew impatt kbir fuq it-tfajjel Gandhi. Dawn il-karattri epiċi wassluh jidentifika ruħu mal-valuri supremi tiegħu, il-Verità u l-Imħabba.

Ta' 13-il sena Mohandas iżżewweġ lil Kasturbai Makhanji ta' 14-il sena fi żwieġ irranġat mill-familji skont it-tradizzjoni ta' dak iż-żmien. Sentejn wara kellhom tifel li iżda miet wara ftit ġranet. Missieru miet fl-istess sena. Iktar tard kellhom erbat itfal, kollha subien: Harilal, imwieled fl-1888; Manilal, fl-1892; Ramdas, fl-1897; u Devdas, fl-1900. Bħala student kellu livell medju. Għadda b'diffikultà mill-matrikola għall-Kulleġġ Samaldas f'Gujarat. Hemm ma tantx kien kuntent għax familtu riditu jsir avukat filwaqt li hu ried isir tabib.

Fl-1888, mar l-Ingilterra jistudja l-liġi fil-University College London u beda jitħarreġ ta' avukat fl-Inner Temple. F'Londra żamm il-ġurament li kien għamel quddiem ommu li jastjeni mil-laħam, l-alkoħol, u n-nisa. Hemm daħal fil-Vegetarian Society, u kien elett fl-eżekuttiv. Uħud mill-veġitarjani kienu membri tas-Soċjetà Teosofika, li kienet taħdem għall-fraternità umana, u kienet tistudja l-letteratura Induwista u Buddista. Dawn ħeġġew lil Gandhi jaqra l-Bhagavad Gita. Gandhi, li qabel ma kellux interess fir-reliġjon, beda jaqra l-kitbiet sagri Induwisti, Misilmin u Insara.

Gandhi sar avukat fl-1891 u mar l-Indja fejn skopra li ommu kienet mietet meta hu kien għadu Londra. Ipprova jipprattika l-liġi f'Bombay imma bla suċċess. Ipprova jidħol għalliem imma għalxejn. Sentejn wara, aċċetta kuntratt ta' sena minn studju legali Indjan, Dada Abdulla & Co., fil-kolonja ta' Natal, fl-Afrika t'Isfel, li dak iż-żmien kienet ukoll parti mill-Imperu Brittaniku.

Il-Moviment tad-Drittijiet Ċivili fl-Afrika t'Isfel (1893–1914)

[immodifika | immodifika s-sors]
Gandhi fl-Afrika t'Isfel(1895)

Gandhi qatta' 21 sena fl-Afrika t'Isfel, fejn żviluppa l-ideat politiċi u l-etika tiegħu, u l-ħiliet ta' tmexxija. L-Indjani tal-Afrika t'Isfel kienu mmexxija minn Musulmani għonja, li impjegaw lil Gandhi bħala avukat, u minn ħaddiema Indù, u dawn kellhom drittijiet limitati. Fl-Afrika t'Isfel, Gandhi esperjenza d-diskriminazzjoni li kien hemm lejn il-persuni kollha li ma kinux bojod. F'Pietermaritzburg tefgħuh barra mill-ferrovija għax ma riedx jiċċaqlaq mill-vagun tal-ewwel klassi. Ipprotesta u l-għada ħallewh. Xufier ta' kowċ sawtu għax ma riedx iċedi postu lil wieħed Ewropew. Ħafna lukandi ma aċċettawhx. Maġistrat fil-qorti ta' Durban ordnalu jneħħi t-turbant u hu ma aċċettax.

Dawn il-ġrajjiet kienu punt ta' żvolta f'ħajjet Gandhi u ġagħluh jirrealizza l-inġustizzji soċjali. Huwa dam iktar milli kien pjanat fl-Afrika t'Isfel biex jgħinu lill-Indjani jiġġieldu liġi li ma tħallihomx jivvutaw. Għalkemm m'għaddietx tiegħu iżda rnexxielu jiġbed l-attenzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-Indjani fl-Afrika t'Isfel. Huwa għaqqad il-komunità Indjana flimkien meta waqqaf in-Natal Indian Congress fl-1894. Fl-1897, meta Gandhi wasal Durban, folla settlers bojod attakkatu u ħelisha biss għax daħlet għalih mart is-supretendent tal-pulizija. Iżda per prinċipju ma ħarrek lil ħadd minn dawk li assaltawh.

Fl-1906, il-gvern ta' Transvaal għadda liġi li biha l-Indjani kienu obbligati jirreġistraw ruħhom. Gandhi beda jħaddem l-idea tiegħu ta' protesta non-vjolenti billi ħeġġeġ lill-Indjani jisfidaw dik il-liġi u jkunu lesti jsofru biex jagħmlu dan. L-Indjani aċċettaw u damu seba' snin isofru ħabs, swat u anke qtil għax ma ridux jirreġistraw jew għax ħarqu r-registration cards. Minkejja li l-Gvern irripressahom, tant qala' kritika li l-mexxej tal-Afrika t'Isfel Jan Christiaan Smuts, kien imġiegħel jinnegozja kompromess ma' Gandhi.

Fl-1913, dawk il-ħaddiema Indjani li qabel kienu skjavi b'kuntratt kellhom jibdew iħallsu taxxa ġdida wara li għadda l-Indian Relief Bill. Gandhi beda kampanja ta' reżistenza passiva li sabet l-appoġġ ta' eluf ta' ħaddiema tal-minjieri. Meta fis-6 Novembru 1913 kien qed imexxi marċ, li fih kien hemm 127 mara, 57 tifel u 2037 raġel, Gandhi kien arrestat. Inħeles fuq kawzjoni, reġa' ingħaqad mal-marċ u reġa' kien arrestat. Iżda l-Indian Relief Bill tneħħa.

Il-Ġlieda għall-Independenza tal-Indja (1915–47)

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1915, Gandhi mar lura l-Indja għal kollox. Ingħaqad mal-Indian National Congress li beda jmexxih ħames snin wara u fis-26 ta' Jannar 1930 iddikjara l-independenza tal-Indja li iżda l-Ingilterra ma għarfitx. Fl-1939, Gandhi u l-Kungress ma baqgħux jagħtu appoġġ lir-Raj wara li l-Viceroy iddikjara gwerra fuq il-Ġermanja bla ma kkonsulta lil ħadd. Gandhi talab independenza immedjata fl-1942 u l-Ingliżi tefgħu l-ħabs lilu u għexieren ta' eluf ta' partitarji tal-Kungress. Sadattant il-Lega Musulmana ikkoperat mal-Ingliżi, minkejja li Gandhi oppona bil-qawwa, biex ikollha l-istat separat tal-Pakistan. F'Awwissu 1947 l-Ingliżi qasmu l-art biex hekk l-Indja u l-Pakistan saru żewġ stati Indipendenti.