Kimika organika
Dan l-artiklu dwar il-kimika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Kimika Organika hija dixxiplina fil-Kimika li tinvolvi l-istudju xjentifiku ta' l-istruttura, proprjetajiet, kompożizzjoni, reazzjonijiet u l-preparazzjoni ta' materjali kimiċi li jikkonsistu primarjament mill-Karbonju u l-Idroġenu, li jista' jkun fihom kwalunkwe numru t'elementi oħrajn fosthom Ażotu, Ossiġenu, l-Aloġeni, Fosfru, Siliċju u Żolfu.
Id-definizzjoni oriġinali tal-Kimika Organika ġiet mill-ħsieb li l-materjali organiċi kellhom dejjem x'jaqsmu mal-ħajja. Imma fil-fatt, materjali organiċi jistgħu jiġu prodotti minn proċessi li ma jinvolvux il-ħajja. Il-ħajja tiddependi fuq il-Kimika Organika.
Minħabba l-proprjetajiet uniċi tagħhom, molekuli li fihom aktar minn atomu wieħed tal-Karbonju , jistgħu ivarjaw ħafna u allura l-użi tal-materjali organiċi huma ħafna ukoll. Huma jagħmlu parti minn ħafna prodotti fosthom il-plastik, iż-żebgħa, l-ikel, l-isplussivi, u anke drogi. Huma l-bażi tal-proċessi kollha fid-Dinja.
Il-forom u reattivitajiet differenti tal-molekuli organiċi jipprovdu varjetà ta' funzjonijiet bħall dawk tal-enżimi katalisti f'reazzjonijiet biokimiċi f'sistemi ħajjin.
Materjali/Kimiċi Organiċi
[immodifika | immodifika s-sors]Ara l-Artiklu Lista ta' kimiċi organiċi
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Kimika organika |