Kileb
Dan l-artiklu dwar l-arkitettura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Fl-arkitettura, kileb hija ġebla li ssorġi minn ħajt biex terfa' piż jew struttura fuqha. It-teknika tal-bini, fejn filati ta' kileb jerfgħu ħajt jew parapett li jsorġi 'l barra, ġiet użata miż-żminijiet Neolitiċi. Hija teknika komuni fl-arkitettura Ewropeja medjevali kif wkoll fl-arkitettura antika Ċiniża.
Użu tal-kileb fil-bini
[immodifika | immodifika s-sors]It-teknika fejn kileb, filata fuq filata jaqleb 'il barra fuq ħajt jew kileb ieħor, ġiet użata għal żmien twil bħala teknika għat-tisqif sempliċi - pereżempju f'ħafna bini Neolitiku. Hawn, fl-aktar mod primittiv, kileb tal-ġebel joħroġ lejn in-nofs tal-kamra sakemm jiltaqa' ma kileb ieħor. F'mod aktar sofistikat il-kileb joħroġ sakemm il-wisa' li tibqa tkun tista' tiġi magħluqa b'xriek tal-qasba li jserrħu fuq iż-żewġ estremitajiet tal-kileb. Ħafna drabi, il-vojt wara il kileb jimtela bil-mazkan.
Ħoloq
[immodifika | immodifika s-sors]- Ara wkoll w:en:Corbel_arch