Joseph Howard
Joseph Howard | |||
---|---|---|---|
26 Ottubru 1921 - 13 Ottubru 1923 - Francesco Buhagiar → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Valletta, 4 Diċembru 1862 | ||
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta | ||
Mewt | Malta, 20 Mejju 1925 | ||
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata | ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Ingliż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | politiku | ||
Premjijiet |
List
|
Joseph Howard (twieled fl-4 ta' Diċembru 1862 – miet fl-20 ta' Mejju 1925) kien l-ewwel Prim Ministru ta' Malta.
Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u wara siefer biex ikompli jistudja bħala uffiċjal fl-Akkademja Militari Franċiża. Industrjalista u f'Malta żviluppa l-industrja tat-tabakk. Kien maħtur f'diversi kumitati u kummissjonijiet tal-Gvern imwaqqfin għall-iżvilupp tal-Kummerċ u l-Industrja. Għal diversi snin kien President tas-Soċjetà tal-Arti, Manifattura u Kummerċ. Kien ukoll għal xi żmien Konslu ta' Malta għall-Ġappun. Fl-1912 kien elett bħala membru tal-Kunsill tal-Gvern wara li kien nominat mill-Comitato Patriottico. Fl-1921 issieħeb mal-Unione Politica Maltese u fl-istess sena kien elett Senatur fl-ewwel Parlament Malti. Peress li Mons. Injazju Panzavecchia, li kien il-mexxej tal-UPM, ma kienx aċċetta li jkun il-Prim Ministru, il-Gvernatur Plumer offra l-kariga ta' Prim Ministru lil Joseph Howard. Fil-fatt dan mexxa l-ewwel Gvern Malti bejn is-26 ta' Ottubru, 1921, u t-13 ta' Ottubru, 1923.
Howard baqa' magħruf għas-sens ta' tolleranza u esperjenza amministrattiva li kellu. Kien għal xi żmien ukoll President tal-Banda Filarmonika La Valette u fil-Kumitat tal-Konservatorju Vincenzo Bugeja. Kien onorat uffiċjalment bit-titlu ta' O.B.E., mir-Re tal-Ingilterra. Huwa miet fl-20 ta' Mejju, 1925.
Mart Joseph Howard kienet kuġina ma' omm San Ġorġ Preca.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Bijografija fuq is-sit uffiċjali tal-Gvern ta' Malta
Predeċessur |
Prim Ministru ta' Malta 1921–1923 |
Suċċessur |