[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Jedd

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-jeddijiet huma prinċipji legali, soċjali, jew etiċi ta' libertà jew intitolament.

Fi kliem ieħor, il-jeddijiet huma regoli normattivi fundamentali dwar in-nies x'tista' tagħmel jew in-nies x'inhu dovut lilha skont xi sistema legali, konvenzjoni soċjali, jew teorija etika.

Il-jeddijiet huma ta' importanza essenzjali fid-dixxiplini bħad-Dritt u l-etika, l-aktar fit-teoriji dwar il-ġustizzja u d-deontoloġija.

Il-jeddijiet huma ta' spissa meqjusin fundamentali għaċ-ċivilizzazzjoni, billi jitqiesu pilastri stabbiliti tas-soċjetà u l-kultura, u l-istorja tal-kunflitti soċjali tista' tinstab fl-istorja ta' kull jedd u tal-iżvilupp tiegħu. Skond l-iStanford Encyclopedia of Philosophy, "il-jeddijiet jistrutturaw il-form tal-gvernijiet, il-kontenut tal-liġijiet, u l-għamla tal-moralità kif perċepita fil-preżent".