Gelson Fernandes
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Gelson Tavares Fernandes | ||
Twelid | 2 ta' Settembru 1986 Praia, Kape Verde | ||
Tul | 1.83 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
1995–2004 | Sion | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2004–2007 | Sion | ||
2007–2009 | Manchester City | ||
2009–2012 | Saint-Étienne | ||
2010–2011 | → Chievo (self) | ||
2011–2012 | → Leicester City (self) | ||
2012 | → Udinese (self) | ||
2012–2013 | Sporting CP | ||
2013 | → Sion (self) | ||
2013–2014 | SC Freiburg | ||
2014–2017 | Rennes | ||
2017–2020 | Eintracht Frankfurt | ||
Tim nazzjonali | |||
2005–2007 | Żvizzera U-21 | ||
2007–2018 | Żvizzera |
Gelson Tavares Fernandes (twieled fit-2 ta' Settembru 1986) huwa eks-plejer tal-futbol Żvizzeru.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Imrobbi mat-tim ta' Sion, hu ddebutta mal-ewwel tim fl-2004 fejn waqt it-tliet snin li dam mal-klabb sal-2007 irnexxielu jirbaħ Tazza Żvizzera fl-2006.
Fl-14 ta' Lulju, 2007, Fernandes iffirma ma' Manchester City għal somma mhux magħrufa, mifhuma li hi madwar €6 miljun. Wara l-firma tiegħu, il-kowċ Sven-Göran Eriksson ikkumenta fuq kif li hu kien jara lil Fernandes bħala "l-aqwa plejer żgħażugħ fl-Iżvizzera".[1] Id-debutt mas-Citizens wasal f'pari ta' mingħajr gowls kontra Portmsouth.
L-ewwel gowl tiegħu mal-klabb il-ġdid wasal fir-rebħa ta' 2–0 kontra Newcastle United nhar it-2 ta' Jannar, 2008, 40 sekonda biss wara li kien daħal bħala sostitut għal Stephen Ireland. It-tieni gowl tiegħu wasal f'okkażjoni negattiva, fit-telfa ta' 3–1 kontra Arsenal. Fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Fernandes biddel in-numru tal-flokk minn 28 għal 19. Minkejja li skorja żewġ gowls matul l-istaġun, Fernandes kellu sena diżappuntanti hekk kif taħt il-kowċ il-ġdid Mark Hughes sab spazju biss bħala sostitut.
Fid-9 ta' Lulju, 2009, ġiet ikkonfermata li hu għadda mit-testijiet mediċi u kien issieħeb għas-somma ta' £2 miljun ma' Saint-Étienne. Hu ffirma kuntratt ta' sentejn u ddebutta fit-telfa ta' 2–0 kontra Nice tat-8 ta' Awwissu, 2009.
Matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf tal-2010, wara sena biss mal-klabb Franċiż, it-tim ta' Chievo ikkonfermaw li kienu ġabu lill-plejer abbażżi ta' self sal-aħħar tal-istaġun.[2]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Fernandes iddebutta mat-tim nazzjonali Żvizzeru kontra l-Olanda fit-22 ta' Awwissu, 2007. Minn dakinhar baqa' figura regulari mat-tim nazzjonali. Hu lagħab fit-tliet partiti tat-tim waqt il-Kampjonati Ewropej 2008. Nhar it-28 ta' Marzu, 2009, Fernandes skorja l-ewwel gowl tiegħu fuq livell internazzjonali fir-rebħa ta' 2–0 fuq il-Moldova. It-tieni gowl wasal fuq palk iktar prestiġjuż, hekk kif skorja l-gowl tar-rebħa kontra Spanja fl-ewwel logħba mill-gruppi tat-Tazza tad-Dinja 2010.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Man City seal Fernandes transfer" (bl-Ingliż). BBC. 2007-06-14.
- ^ AC ChievoVerona, ed. (2010-08-31). "COLPO DA NOVANTA: DAL SAINT-ETIENNE ARRIVA FERNANDES" . Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-11-21. Miġbur 2010-09-11.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Gelson Fernandes fuq Soccerbase
- Twieldu fl-1986
- Nies ħajjin
- Futbolers Żvizzeri
- Plejers ta' FC Sion
- Plejers ta' Manchester City FC
- Plejers ta' AS Saint-Étienne
- Plejers ta' AC ChievoVerona
- Plejers ta' Leicester City FC
- Plejers ta' Udinese Calcio
- Plejers ta' Sporting CP
- Plejers ta' SC Freiburg
- Plejers ta' Stade Rennais FC
- Plejers ta' Eintracht Frankfurt