Bir id-Deheb
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Bir id-Deheb hija parti bejn il-lokalitajiet ta' Ħal-Għaxaq u ż-Żejtun. Minkejja l-isem f'dan l-inħawi jekk tmur tfittex żgur mhux ħa sib xi bir tad-deheb. Fil-fatt din il-parti fiż-żmien il-medjuevu kienet tissejjaħ il-"Qasam Ta' Dihib", b'hekk jista' jkun li ġej minn xi kunjom jew laqam tas-seklu XV.
Bir id-Deheb eżattament jinsab fin-naħa ta' fuq taż-Żejtun u fin-naħa t'isfel ta' Ħal-Għaxaq, u minn nofs ta' din il-parti tgħaddi t-triq prinċipali lejn il-kumplament ta' nofsinhar ta' Malta, it-Triq Tal-Barrani. It-Triq Tal-Barrani hi dik it-triq li tifred iż-żewġ lokalitajiet t'hawn fuq. Iżda l-ikbar parti ta' Bir id-Deheb tinsab fiż-Żejtun.
Ġewwa Bir id-Deheb insibu knisja ddedikata lil Madonna tal-Ħniena li tgħamel parti mill-parroċċa ta' Santa Katarina ta' Lixandra fiż-Żejtun. Il-festa ta' din il-knisja f'ġieh il-Madonna tal-Ħniena ssir Ħadd fuq il-15 ta' Settembru,jum il-festa tad-duluri.
Qrib din l-inħawi nsibu irħula oħra żgħar li jagħmlu mall-Belt Żejtunija fosthom Ħal-Ġwann, Ħal-Bajda, Ħal-Bisbut u Ta' Tnella. Insibu wkoll diversi knejjes qrib ta' dan il-post li kollha jagħmlu mal-parroċċa ta' Santa Katarina ta' Lixandra, fosthom il-Knisja ta' Sant' Anġlu, il-Knisja ta' Santa Marija u l-Knisja tal-Madonna ta' Sinjura.
Toroq f'din il-parti insibu diversi fiż-żewġ lokalitajiet u anki l-popolazzjoni mhux daqsekk żgħira li sa anki taqbeż il-popolazzjoni ta' lokalitajiet oħra Maltin u Għawdxin, fost dawn it-toroq insibu:
Ġewwa Ħal-Għaxaq
[immodifika | immodifika s-sors]- Wesgħa ta' Bir id-Deheb
- Triq Birżebbuġa
- Triq il-Bidla
- Sqaq Dendu
- Triq Manwel Dimech
- Sqaq Wilġa
- Triq it-Terħa
- Triq Santa Tereża
- Triq Tal-Barklor
- Parti minn Dawret Ħal-Għaxaq
Ġewwa ż-Żejtun
[immodifika | immodifika s-sors]- Triq Tal-Barrani
- Triq Bir id-Deheb
- Triq Frank Ghio
- Triq l-Għadam
- Sqaq Tal-Ħniena
- Misraħ il-Kanonku Ġiovanni Vella
- Triq Lorenzo Gafà
- Parti minn Triq il-Madonna tal-Ħniena
- Triq Melchiorre Gafà
- Vjal Sir Paul Boffa
- Triq it-Tabib Cannataci
- Triq Xandru Farrugia
- Triq Ħal-Ġwann
- Parti minn Triq il-Labour
- Parti minn Triq il-President Anton Buttigieg