[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Baħar Liguri

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Baħar Liguri

Il-Baħar Liguri (Taljan:Mar Ligure; Franċiż:Mer Ligurienne) jista' jitqies bħala fergħa żgħira li hija parti mill-Baħar Mediterran, bejn ir-Rivjera Taljana (Ligurja u Toskana) u l-gżira ta' Korsika. Wisq probabbli, dan il-baħar huwa msemmi għall-poplu Liguri tal-imgħoddi, li kien jabita f'dawn l-inħawi.

Il-baħar f'din iż-żona jmiss ma' tliet fruntieri partikolari, dawn huma: l-Italja, Franza u l-Monako. Jekk wieħed kellu jħares lejn il-lvant għandu jinnota li l-baħar Liguri jmiss mal-Baħar Tirren ukoll, allura wieħed jista' jgħid li l-ilma baħar huwa ċċirkolat u anki rriċiklat b'xi mod jew ieħor bejn dawn iż-żewġ ibħra maġġuri. Però, wieħed ma jistax jinsa li dan il-baħar imiss mal-Mediterran ukoll, li jinsab lejn il-punent tal-lokazzjoni tiegħu. Ġenova hija l-iktar belt prominenti f'din iż-żona. Il-kosta tal-majjistral hija mfaħħra għall-veduti sbieħ u għall-klima favorevoli li toffri.

Il-Golf ta' Ġenova huwa meqjus bħala l-iktar post li jinsab fit-tramuntana. Il-baħar jirċievi l-ilma rikjest mix-Xmara Amo, li tinsab lejn il-punent, u minn bosta xmajjar oħra li joriġinaw fl-Appennini. Il-portijiet ta' Ġenova, ta' Le Spazia u Livorno jinsabu fuq il-kosta ġeblija tagħha. Il-baħar huwa xi ftit jew wisq 9,300 pied (2,850 metru) fond, lejn il-Majjistral tal-gżira Franċiża ta' Korsika.

Konservazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Madwar 84,000 kilometru kwadru ta' territorju marittimu huwa kopert u protett mill-assoċjazzjoni SPAMI sabiex jiġi kkonservat in-numru kbir ta' ċetaċej (baleni u delfini) ħalli jkunu jistgħu jitgawdew mill-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu fil-futur. Din l-assoċjazzjoni ilha mwaqqfa sa mill-1991.

Album ta' veduti

[immodifika | immodifika s-sors]

Koordinati: 43°30′N 9°00′E / 43.5°N 9°E / 43.5; 9