Kevin Saliba
Translator, reviser, transcriber, speech writer, subtitler, writer, literary critic, researcher.
2016-present: Translator, Reviser, Speech Writer, Subtitler, Maltese Presidency of the Council of the European Union 2017, Malta
2016-2017: Website Content Writer & Administrator, Valletta 2018 Foundation, Malta
2015-present: Projects Manager, Philosophy Sharing Foundation, Malta
2010-2013: Linguistic Administrator, Centre of Translation for the Bodies and Agencies of the European, Union (CDT), Luxembourg
2004-2010: Linguistic Administrator, European Parliament, Maltese Translation Unit, Luxembourg
2001-2004: Editorial Staff, Union Print, Malta

less
InterestsView All (68)
Uploads
Translations (Philosophy / Psychology) by Kevin Saliba
Sacrifices / Sagrifiċċji – Georges Bataille / Kevin Saliba (trad)
Din it-taqsima ta’ von Franz tistħarreġ l-arketip antropomorfiku tal-“anima”, voldieri l-elementi femminili, kemm pożittivi u kemm negattivi, li skont Jung u sħabu ilhom mistura fir-reċessi tal-psike inkonxja maskili minn ewl id-dinja. Qabelxejn, fit-taqsimiet li jippreċedu din is-silta von Franz tiddiskuti l-laqgħa spiss skabruża tal-individwu mal-“ombra” tiegħu, ossija l-aspetti negattivi (inkonxji u spiss sopressi) li l-Jien konxju jirrofta li jidentifika magħhom. F’din it-taqsima tradotta minni tissokta billi tiddeskrivi l-inkontru tal-inkonxju maskili mal-“anima” tiegħu, u targumenta li dan spiss isir permezz ta' projezzjoni passjonali ta’ ħabta u sabta. L-istudju jiddiskuti wkoll, permezz ta’ bosta referenzi artistiċi u kulturali, kif randevù bħal dan jista’ jġġarraf jew jeleva l-ħajja konxja tar-raġel.
Fit-taqsima li jmiss, imbagħad, von Franz tkompli billi tistħarreġ bl-istess mod il-kunċett korrispondenti tal-“animus”, ċioè l-elementi maskili fil-psike tal-mara.
Translations (Literature) by Kevin Saliba
Dawn is-siltiet dehru fl-aħħar ħarġa tar-rivista tal-Għaqda tal-Malti (Università) Leħen il-Malti, għadd 38. Ir-rivista tnediet f’Novembru li għadda matul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019.
Georges Bataille kiteb dan it-test fl-1927 u ppubblikah fl-1931, voldieri fiż-żmien meta “l-virulenzi u l-ossessjonijiet” tiegħu wassluh biex jisfa’ taħt l-iskrutinju tal-psikanaliżi. Kien kiteb dan it-test simboliku b’għanijiet konfrontattivi, ġieli wkoll distruttivi, li jiżvelaw bosta mit-tendenzi intellettwali ewlenin tiegħu. Fil-qalba tal-mira hemm l-edifiċji kunċettwali ta’ Descartes u ta’ Hegel. (Ilaqqtuha wkoll ir-Romantiċi u s-Surrealisti.) Fid-diskorsi filosofiċi ta’ dawn kollha, minkejja d-differenzi, insibu t-tentattiv komuni li jwettqu l-istess bravura impossibbli: l-“identifikazzjoni totali” tas-suġġett li tasal tħaddan lis-“sħiħ traxxendentali.”
Bataille jwaqqa’ dan kollu għan-nelħ billi joħloq kosmogonija “għalkollox parodika” li mit-tifrik tad-dijalettika taċ-ċrieki magħluqa ta’ Hegel u mill-istħarriġ filosofiku benfondat fuq veritajiet ċertissimi ta’ Descartes tibni viżjoni t’univers instabbli b’ċentru dejjem mobbli. Fid-diskors kollu ma tonqosx il-vjolenza tas-simboloġija oxxena, ġaladarba, ma ninsewx, f’Bataille l-univers huwa fenomenu intrinsikament vjolenti u oxxen – tumakka taħt iċ-ċinturin tas-Surrealisti u tar-Romantiċi.
“L-Anus Solari“ huwa parodija daqskemm mhux. Fil-kollija tal-iskema parodika ta’ Bataille kull bersall tal-parodija jkun dejjem ukoll huwa nnifsu parodija ta’ bersall ieħor, u sejrin. Għaldaqstant kull tentattiv ta’ parodija jisfa’ inutli b’tali mod li jxejjen il-possibbiltà li l-parodija jseħħilha tiżgiċċa minnha nfisha u ssir diskors jew valur ġdid u traxxendentali.
Reviżjoni minn Josianne Block. Daħla minn Davide Rondoni.
F’dil-ġabra, u forsi b’mod speċjali f’‘Erostrate’, Sartre jerġa’ jżur ċerti tematiki tar-rumanz ‘In-Nawżja’ permezz tal-anti-eroj miżantropu Paul Hilbert. Sartre kellu ħabta jgħarrex fir-reċessi oskuri tal-psike, l-iżjed fid-diversi paranojji li tipikament jaħbtu fuq persuni nevrotiċi u li, oħroġ il-għaġeb, ġieli jintisġu f’ġenn sistematiku bħal ta’ Hilbert. F’dan il-karattru Sartre jistħajjel kif tizju sċentrat – li nistgħu nqisuh bħala l-antipodi tal-Awtodidatta li jidher f’‘In-Nawżja’ – jaf ifettillu jwieġeb difaċċ il-mistoqsijiet li jistaqsi l-eżistenzjaliżmu psikoloġiku tiegħu.
F’inqas minn għoxrin paġna n-narrattiva tkopri għadd ġmielu mill-kunċetti ewlenin li jsejsu l-eżistenzjaliżmu ta’ Sartre u li, imbagħad, issokta jiżviluppa iżjed tard fit-teżi onto-fenomenoloġika tiegħu ’L-Essri u n-Nulla’ (‘L’Être et le néant’): l-isfidi tal-umaniżmu, id-dnub tal-kodardja, id-dilemmi tal-libertà f’univers assurd, id-dinamiki sado-mażokisti li spiss jiżbokkaw f’kull rapport uman, il-ġisem tal-bniedem, l-estetika jew in-nuqqas tagħha, il-fenomenu disturbanti tal-oxxen, it-tirannija tal-ħarsa fissa, id-disturbi tan-narċiċiżmu, il-mibgħeda personali u l-instabbiltà fl-awto-immaġni, il-ħolma għal xi għamla t’immortalità, il-tensjoni bejn il-malafidi u l-awtentiċità.
Hilbert iwaħħal f’rasu li jaqta’ diż-żarda billi jippjana u jwettaq omiċidju tal-massa la Erostratu, li fi żmien il-Greċja tal-Qedem kien żgura l-immortalità ta’ ismu billi ħaraq il-Maqdes ta’ Artemide. Għall-ewwel Sartre donnu jurina d-debba billi jaħbat jiġġustifika dir-riżoluzzjoni. Iżda lejn l-aħħar iqabbżilna l-ħmara billi jiġbed it-tapit minn taħt riġlejn il-psikopata, u dan biex jisħaq, kif irrimarka l-iskular Sartjan Walter Redfern, “li ħadd m’għandu jfassal proġetti mirquma, bla ebda malfafidi, biex iċaħħad lill-oħrajn mill-ħajja.”

Tistgħu tisimgħu qari ta’ din il-poeżija hawnhekk: https://www.youtube.com/watch?v=xvJo5TIyEMg&t=4s
L-ittra dehret għall-ewwel darba fil-ġabra ‘Reach for the Sun (Vol. 3)’.
Ħajr lil diversi tradutturi Maltin imrawmin fl-ilsien Ġermaniż u lil bosta membri tal-forum Kelmet il-Malti għall-pariri siewja tagħhom. ]
Tista’ tisma’ l-poeżija moqrija bil-Malti minn Philip Randon minn hawn: https://www.youtube.com/watch?v=BbhD3NG4mfk.
(Il-verżjoni mtella’ qabel kien fiha xi għeltijiet tat-tastiera fil-verżjoni Maltija. Qed nerġa' nippubblikaha hawnhekk mill-ġdid bit-tiswijiet meħtieġa.)
Dan il-kummentarju deher fir-raba’ ħarġa tar-rivista filosofika ‘SHARE’ li tintebagħ kull tliet xhur mill-Fondazzjoni Philosophy Sharing (Malta).
Din ir-raba’ ħarġa issa tinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba ewlenin f’Malta u f’Għawdex.
F’dan il-kummentarju nqabbel it-temperament tat-tnejn, u nfisser għala nemmen li minkejja li kellhom diversi punti ta’ kuntatt intellettwali komuni, fl-aħħar mill-aħħar kienu żewġ ħassieba differenti ħafna, bħal żewġ tizji li għad illi forsi ltaqgħu nofs triq tul l-istess mogħdija, dan għamluh minn trajettorji diverġenti u b’destinazzjonijiet distinti.
Nagħlaq bil-fehma li l-‘weltanschauung’ ta’ Bataille – li iżjed minn xi de Sade tas-seklu 20 pjuttost nistħajlu xi “qaddis tal-abbissi” – fl-aħħar mill-aħħar tvinċi qatigħ fuq dik tal-Markiż.
It-tieni ħarġa tar-rivista filosofika ‘Share’ ser titnieda fl-1 ta’ April fiċ-Circolo Gozitano, ir-Rabat, Għawdex.
Il-prassi li nżomm bħala traduttur is-soltu tesiġi li fejn jista’ jkun it-traduzzjoni għandha ssir dejjem mill-ilsien oriġinali. B’danakollu, ġaladarba l-ilsien oriġinali tal-poeżija ta’ al-Masri huwa l-Għarbi, din id-darba ftit li xejn kien possibbli nżommha. Għaldaqstant ħafna mill-ħidma kienet saret bl-għajnuna talawtriċi.
L-ewwel parti, “Il-Libsa ta’ Għerti”, tiġbor fiha diversi poeżiji mill-ġabra “A Red Cherry on a White-tiled Floor” (Ċirasa Ħamra fuq Madum Abjad, 2007), li kienet l-ewwel ġabra tagħha li qatt ġiet ippubblikata fl-Istati Uniti. It-tieni taqsima tinkludi l-ġabra “Residenta tal-Art” filwaqt li t-tielet waħda tinkludi ħdax-il poeżija mhux riveduti li kienu deheru bit-titlu “L-Iżjed Waqt l-Għabex.” Dawn iż-żewġ ġabriet ġew ippubblikati flimkien għallewwel darba bil-Franċiż fil-ġabra “Je te menace d’une colombe blanche” (Qed Nheddek b’Ħamiema Bajda, 1984).
It-titlu ġenerali ta’ din il-ġabra jirreferi bix-xieraq għallpoeżija “Nisa Bħali” – stqarrija skjetta minn poetessa ribelli li dejjem fittxet – kemm fil-politika u kemm fl-imħabba – li tkun il-personifikazzjoni poetika tal-ħajja ħielsa. aktarx fi żmienna, meta art twelidha tinsab imtertqa mill-madmad ta’ forzi brutali, din l-għajta tagħha saret ferm iżjed relevanti.
Nixtieq niżżi ħajr lil sħabi l-poeti Antoine Cassar u Walid Nabhan, lill-poeta Lussemburgiż Lambert Schlechter, u b’mod partikulari lil Mark Camilleri, lil Maria Muscat u lill-bqija tal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb talli għoġobhom jipprovdu l-appoġġ u l-fondi meħtieġa għat-tbiegħ ta’ din il-ġabra u għat-tnedija tagħha waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015.