[go: up one dir, main page]

Franz Peter Schubert (twieled 31 ta' Jannar 1797 – miet 19 ta' Novembru 1828) kien kompożitur Awstrijak. Għalkemm miet ta' 31 sena, Schubert kien wieħed mill-kompożituri l-kbar tas-seklu XIX u l-aqwa kompożitur tal-lied bl-ilsien Ġermaniż.

Franz Schubert
Ħajja
Isem propju Franz Peter Schubert
Twelid Himmelpfortgrund (en) Translateu Vjenna, 31 Jannar 1797
Nazzjonalità Imperu Awstrijak
Arċidukat ta' Awstrija
Mewt Vjenna, 19 Novembru 1828
Post tad-dfin Ċimiterju Ċentrali ta' Vjenna
Kawża tal-mewt kawżi naturali (tifojde)
Familja
Missier Franz Theodor Schubert
Konjuga/i Not married
Aħwa
Edukazzjoni
Alma mater Università tal-mużika u l-arti interpretattivi ta' Vjenna
Akademisches Gymnasium (mul) Translate
Lingwi Ġermaniż
Għalliema Antonio Salieri
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
pjanist
għalliem
Post tax-xogħol Vjenna
Xogħlijiet importanti Symphony No. 8 (en) Translate
Symphony No. 9 (en) Translate
Symphony No. 3 (en) Translate
Winterreise (en) Translate
Death and the Maiden (en) Translate
Ellens dritter Gesang (en) Translate
Moviment artistiku mużika klassika
Strument/i tal-mużika pjanu
vjolin
Franz Schubert

Bijografija

immodifika

Franz Peter Schubert twieled Lichtenthal, ħdejn Vjenna. Kien it-tnax-il wieħed minn familja ta' 14-il tifel u tifla. Missieru, Franz Theodor, li kien għalliem, tah l-ewwel lezzjonijiet tal-alto, waqt li ħuh Ignaz għallmu l-pjanu. Mill-1808 sal-1813, kien kantant fil-kor tal-kappella imperjali ta' Vjenna u studja Konvikt (skola għall-kantanti tal-kappella tal-Qorti Rjali) u hekk kien student ta' Antonio Salieri, direttur tal-mużika tal-Qorti.

Matul dan il-perijodu ta' formazzjoni, beda jikkomponi minkejja l-problemi fil-familja; missieru ma kienx iħallih imur id-dar għax ommu kienet qiegħda tmut (1811-1813). Schubert beda jikteb l-ewwel għall-pjanu (mill-1810), imbagħad mhux inqas minn tmien kwartetti għall-kordi, xi ouvertures u xi lieder. Fl-1812, sar l-istudent ta' Salieri, li baqa' jirrispetta għal ħajtu kollha. Fl-1813, taħt l-influwenza qawwija ta' Haydn u Mozart imma fuq kollox ta' Beethoven, ikkompona l-ewwel sinfonija; sentejn wara (Schubert kellu sbatax-il sena) ġew l-ewwel opra tiegħu, l-ewwel quddiesa u l-ewwel kapulavur tiegħu fil-qasam tal-lied : Margerita fuq ir-Raddiena tal-Għażil (Gretchen am Spinnrade) (19 ta' Ottubru 1814.)

Ftiet snin wara, fl-1818, mar l-Ungerija, fejn sar l-għalliem tal-mużika tat-tfal tal-konti Esterházy. Reġa' lura fl-1824.

Ħlief dan iż-żmien l-Ungerija u xi vjaġġi fl-Awstrija stess fosthom għal Graz, Linz, Steyer, Gmünden u Salzbourg, Schubert għadda l-ħajja qasira tiegħu Vjenna u meta telaq il-professjoni tiegħu ta' għalliem u ta' assistent ta' missieru, kien joqgħod kważi il-ħin kollu għand il-ħbieb u ddedika ħajtu kollha għall-kompożizzjoni. Kien jorganizza laqgħat mużikali bejn il-ħbieb‚ li saru mlaqqma schubertiade fejn il-lieder tiegħu kellhom l-ewwel suċċess.

Fl-1822-23, Schubert qabditu s-sifilide, u saħħtu baqgħet sejra lura. Mill-mard tiegħu ħareġ mużika iżjed profonda u emoventi, iżjed qrib it-tbatija u l-mewt li kienu jhedduh (Il-Mewt u t-Tfajla, Vjaġġ Xitwi). Franz Schubert miet bit-tifu fid-19 ta' Novembru 1828, sena u nofs wara Beethoven li kellu għalih, matul ħajtu kollha, rispett u ammirazzjoni bla-tarf.

Il-Mużika

immodifika
 
Franz Schubert, pittura ta' Wilhelm August Rieder 1875

Fil-ħajja qasira tiegħu, Franz Schubert kien dejjem nieqes mill-flus, imma dan qatt ma kien jinkwitah, sakemm ħbiebu kienu lesti biex jgħinuh, kif hu kien dejjem lest biex jgħinhom. Għalkemm miet bit-tifu fl-età ta' 31 sena biss, kellu żmien biżżejjed biex jikkomponi 'il fuq minn 1000 xogħol, fosthom xi 600 lied. Dawn tal-aħħar huma fost l-iżjed importanti mix-xogħlijiet tiegħu. Huma komposti fuq versi tal-ikbar poeti tal-ilsien Ġermaniż (Klopstock, Goethe, Schiller, Rückert, Heine), ta' xi ħbieb tiegħu (Mayrhofer, Körner, Spaun, Schober, Senn, Collin, Schwind) jew poeti li baqgħu magħrufin minħabba l-lieder tiegħu (Müller). Il-baritonu Johann Michael Vogl, famuż ħafna f'dik l-epoka, sar ħabib u ammiratur ta' Schubert, u għamel kontribuzzjoni qawwija biex il-lieder isiru magħrufin, bħal ma għamlu l-baruni Carl von Schönstein u l-kantanta Anna Milder. Xi lieder kellhom suċċess tremend.

Schubert kiteb għal kull forma mużikali, barra kunċerti. Minkejja li kien influwenzat ħafna minn Haydn u Mozart, il-mużika tiegħu baqgħet differenti. Il-kompożizzjonijiet qishom improvizzati, poetiċi u melodiċi ħafna, fihom sbuħija naturali u immaġinazzjoni kbira, imma fl-istess ħin jistgħu jkunu fantastiċi, tal-ħolm u sikwit ta' qsim il-qalb, l-iżjed wara li l-kompożitur marad bla tama ta' fejqan.

L-importanza tal-mużika kommoventi tiegħu, li ġustament daż-żmien tintuża ħafna fiċ-ċinema, ma kinitx rikonoxxuta f'ħajtu; infatti ħafna xogħlijiet indaqqu għall-ewwel darba wara mewtu.

Nota fuq il-katalgu

immodifika

In-numerazzjoni tradizzjonali tax-xogħlijiet ta' Schubert qiegħda ftit ftit tinbidel għan-notazzjoni mogħtija fil-katalgu editjat minn Otto Erich Deutsch u ppubblikat għall-ewwel darba fl-1951. In-notazzjoni hi magħmula mill-ittra D segwita minn numru Għarbi u wara b'ittra żgħira jekk ikun hemm xi tibdil. Pereżempju D 759 tindika s-Sinfonija nru 8 "L-Inkompluta".

Kompożizzjonijiet prinċipali

immodifika

Mużika għall-pjanuforti

immodifika
  • Fantasija fuq Do maġġuri "Wanderer"' D 760
  • 4 Improvviżi op. 90 D 899
  • 4 Improvviżi op. 142 D 935
  • 15-il Sonata

Mużika da camera

immodifika
 
Id-dar fejn miet Franz Schubert, Kettenbrückengasse 6, Vjenna.
  • Trio għall-vjolin, vjola u vjolinċell fis-Si bemoll maġġuri D 581
  • Trio għall-vjolin, vjola u vjolinċell fis-Si bemoll maġġuri D 471
  • Trii għall-pjanuforti u kordi:
Trio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell nru 1 fis-Si bemoll maġġuri D 898
Trio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell nru 2 fil-Mi bemoll maġġuri D 929
Trio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell fis-Si bemoll maġġuri D 28 (Sonata)
Adagio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell fil-Mi bemoll maġġuri D 897 (Notturn)
  • Kwartetti għall-kordi:
Kwartett għall-kordi nru 10 fil-Mi bemoll maġġuri D 087 (ippublikata wara mewtu 125)
Kwartett għall-kordi fis-Si bemoll maġġuri op. 168 D 112
Kwartett għall-kordi nru 12 fid-Do minuri D 703
Kwartett għall-kordi nru 13 fil-La minuri "Rożamunda" D 804
Kwartett għall-kordi nru 14 fir-Re minuri "Il-Mewt u t-Tfajla" D 810
Kwartett għall-kordi nru 15 fis-Sol maġġuri D 887 (ippublikata wara mewtu 161)
  • Sonata fil-La minuri għall-arpeggione, (vjolinċell) u pjanuforti D 821
  • Kwintett għall-pjanuforti u kordi fil-La maġġuri "It-Trota" op. 114 D 667
  • Kwintett għall-kordi fid-Do maġġuri D 956 (ippublikata wara mewtu 163)
  • Ottett fil-Fa maġġuri għall-klarinett, fagott, kornu, żewġ violini, vjola, vjolinċell u kuntrabaxx D 803 (ippublikata wara mewtu 166)

Mużika sagra

immodifika
  • Quddiesa Ġermaniża fil-Fa maġġuri D 872
  • Quddiesa fil-La bemoll D 621
  • Stabat Mater
  • Magnificat D 486
  • Salve Regina
  • Ave Maria D 839

Mużika sinfonika

immodifika
  • Sinfonija nru 1 fir-Re maġġuri D 82 (1813)
  • Sinfonija nru 2 fis-Si bemoll maġġuri D 125 (1815)
  • Sinfonija nru 3 fir-Re maġġuri D 200 (1815)
  • Sinfonija nru 4 fid-Do minuri "It-Traġika" D 417 (1816)
  • Sinfonija nru 5 fis-Si bemoll maġġuri D 485 (1816)
  • Sinfonija nru 6 fid-Do maġġuri "Iż-Żgħira" D 589 (1818)
  • Sinfonija nru 8 fis-Si minuri "L-Inkompluta" D 759 (1822)
  • Sinfonija nru 9 fid-Do maġġuri "Il-Kbira" (1825-1828)
  • Ouverture "Rożamunda prinċipessa ta' Ċipru", musica di scena (1823)
  • Ouverture "fl-istil Taljan" fuq do maġġuri
  • Ouverture "Alfonsu u Estrella"

Mużika vokali

immodifika
  • Margerita fuq ir-Raddiena tal-Għażil (Gretchen am Spinnrade ) D 118
  • Ir-Re tal-Elfi (Erlkönig) D 328
  • Minn kant fuq l-ilma (Auf dem Wasser zu singen) D 774
  • It-Tfajla Sbejħa tal-Mitħna (Die Schöne Müllerin ) D 795
  • Vjaġġ Xitwi (Winterreise) D 911
  • L-Għanja taċ-Ċinju (Schwanengesang) D 957

Opri liriċi

immodifika
  • Alfonsu u Estrella
  • It-Tewmin
  • Fierrabras
  • L-Arpa Msaħħra
  • Claudine von Villa Bella

Ħoloq esterni

immodifika