[go: up one dir, main page]

Il-Birgu (magħruf ukoll bħala Vittoriosa) hija belt u antika, forsi daqs l-Imdina. Billi tinsab fuq ilsien li joħroġ fil-Port il-Kbir, dejjem kellha rwol ewlieni fil-kummerċ u l-kuntatti ma' barra.

Il-Birgu - Città Vittoriosa
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaPort Region (Port) (en) Translate
Isem uffiċjali Birgu
Ismijiet oriġinali Birgu
Ġeografija
Koordinati 35°53′17″N 14°31′21″E / 35.8881°N 14.5225°E / 35.8881; 14.5225Koordinati: 35°53′17″N 14°31′21″E / 35.8881°N 14.5225°E / 35.8881; 14.5225
Birgu is located in Malta
Birgu
Birgu
Birgu (Malta)
Superfiċjenti 0.5 kilometru kwadru
Għoli 0 m
Demografija
Popolazzjoni 2,629 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Saint-Tropez (en) Translate
birgulc.gov.mt

Il-Birgu kiber minn nitfa ta' raħal għal belt kummerċjali u li tilqa' l-barranin, suldati, baħrin u negozjanti. Ir-residenti ta' din il-lokalità dejjem sabu l-kenn mill-ħakkiema li għal sekli sħaħ kienu jgħixu ġol-Forti Sant’Anġlu, magħruf fiż-Żmien Nofsani bħala l-Castrum Maris. Mal-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1530, il-Birgu sar il-bażi tal-flotta tal-Ordni, u serva bħala l-kwartier prinċipali tal-Kavallieri.

L-Ordni saħħaħ il-Forti Sant'Anġlu, tella' swar fuq in-naħat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Birgu. Il-kavallieri ta'San Ġwann għexu fil-Birgu fi djar mibnija għalihom skont l-ilsiena differenti li l-kavallieri. Dawn id-djar huma magħrufa bħala bereġ. Fil-Birgu kien hemm bereġ bħal ma wara nbnew il-Belt, biss iżgħar. Berġa li hemm il-Birgu biss mhux il-Belt u din hi l-Berġa tal-Ingilterra. Dan minħabba li l-Ilsien tal-kavallieri Ingliżi waqaf milli jappartjeni għall-Ordni għax Enriku VIII ma baqax fidil lejn il-Papa u t-twemmin Kattoliku u stabbilixxi r-reliġjon tiegħu, il-Knisja Anglikana.

Matul l-Assedju l-Kbir tal-1565 il-Birgu żamm sod kontra l-qawwa militari Ottomana. Kien mill-Forti Sant'Anġlu lil-Gran Mastru La Valletta dderiġa id-difiża kontra t-Torok, l-aktar meta l-Fort Sant'Iermu waqa' f'idejn l-għadu. Wara l-Assedju l-Kbir, il-Birgu ingħata t-titlu ta' Belt Rebbieħa - Città Vittoriosa.

Wara l-Assedju tal-1565, il-Gran Mastru La Vallette ddeċieda li jibni belt ġdida fuq l-Għolja Xiberras. Wara li l-Ordni spostja ruħu u mar fil-belt il-ġdida din dlonk saret il-belt kapitali ta' Malta. Xorta waħda l-Birgu kif ukoll Bormla u l-Isla żammew l-importanza tagħhom minħabba li nieshom baqgħu jagħtu kull tip ta' servizz lill-Ordni, speċjalment f'dak li kellu x'jaqsam mall-kummerċ, artiġjanat u tbaħħir fuq ix-xwieni tal-Ordni.

Il-Knisja Parrokkjali tal-Birgu hi ddedikata lil San Lawrenz, u l-festa ssir fl-10 t'Awwissu. Fil-Birgu hemm ukoll il-knisja tal-Lunzjata miħmuma mill-patrijiet Dumnikani li għandhom il-kunvent tagħhom bieb ma' bieb tal-istess knisja. Dawn ukoll jiċċelebraw il-festa tagħhom iddedikata għall-qaddis fundatur tagħhom, San Duminku. Din il-festa tkun iċċelebrata l-aħħar Ħadd ta' Awwissu.


Il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu

L-inkwiżizzjoni daħlet uffiċjalment f’Malta fl-1561, meta l-Isqof Domenico Cubelles, beda jagħmila wkoll ta' delegat appostoliku tal-Papa bħala Inkwiżitur. Is-sede tal-Inkwiżitur kienet stabbilita fejn qabel l-Ordni ta’ San Ġwann kellu l-Qorti tiegħu. Imbagħad, fl-1574, il-Papa Gregorju XIII bagħat lil Mons. Pietro Duzina biex jagħmilha ta’ Inkwiżitur u ta’ delegat appostoliku f’Malta, b’kariga superjuri minn dik tal-Isqof. Id-dmir tal-Inkwiżitur kien primarjament li jassigura li t-twemmin Nisrani f’Malta, kien jsewgi r-regoli stabbilit fil-Konċilju ta’ Trento (1545-1563). Bejn l-1561 u l-1798, kien hawn f’Malta b’kollox 62 inkwiżitur, li minnhom, 24 laħqu kardinali. Tnejn minn dawn il-kardinali mbagħad ġew eletti papiet. Dawn kienu l-Inkwiżitur Fabio Chigi, li kien elett bħala l-Papa Alessandru VII, u l-Inkwiżitur Antonio Pignatelli, li leħaq bħala l-Papa Innoċenz XII. L-inkwiżitur kien jgħix u jamministra fil-palazz tiegħu l-Birgu. Fl-1625, l-Inkwiżitur Visconti bena palazz żgħir fil-kampanja fin-naħa tal-Fawwara, mhux wisq ’il bogħod mill-Buskett. L-aħħar Inkwiżitur spiċċa mkeċċi minn Malta flimkien mal-Kavallieri tal-Ordni, minn Napuljun fl-1798.

Il-Forti Sant'Anġlu

Il-Forti Sant Anġlu huwa x’aktarx l-aktar forti antik li jeżisti fil-gżejjer Maltin. Wisq probabbli, l-oriġini tal-forti Sant’ Anġlu hu eqdem minn dawn tal-Mdina. Dan għaliex il-forti Sant’Anġlu kien jiddomina l-Port il-Kbir u jiddefendi d-daħla tiegħu għax il-kanuni tal-forti kienu jkunu mmirati ‘l hinn. Ta’ min wieħed jgħid li fl-inħawi ta-din il-forti kienet saret battalja qalila fuq ix-xwieni bejn l-Aragonisi u l-Angevini fit 8 ta’ Lulju tal-1283.  Din il-battalja kienet biex ngħidu hekk determinant biex l-Aragonisi jaħkmu lil Malta.

Fil-perjodu medjoevali, Sant’Anġlu kien miżmum mill-Kastellan li kien jirrapreżenta l-interessi tan-nobbli li kienu jaħkmu lil Malta minn Sqallija u Spanja. Dan il-kastellan ma tantx kien jingwala mall-Capitano della Verga jew kif nafuh aħjar il-ħakem tal-Mdina.

Kien fl-1530 meta ġew il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann li l-Forti Sant’Anġlu beda jieħu s-sura li nafuh biha llum.  Dan il-forti kien wisq importanti għall-Kavallieri li ddeċidew li jżommu ruħom protetti wara s-swar tiegħu.  Meta l-Ordni wasal Malta, fl-1530, kien taħt dawn is-swar li Kavallieri ħallew irmeġġjati x-xwieni tagħhom – fosthom il Gran Caracca.

Waqt l-Assedju l-Kbir li dam sejjer sitt xhur, il-Gran Mastru La Vallette kien jidderiġi d-difiża kontra l-għadu Ottoman minn hawn. Kien minn hawn li l-Gran Mastru kien jibgħat it-truppi u l-proviżjon li kienu jonqsu f’Sant’Iermu tul l-assedju ta’ dik il-fortizza fuq Monte Sciberras.  

Wara l-Assedju il-Kbir, Sant’ Anġlu kompla jiġi rrinfurzat, minkejja li issa l-Gran Mastru u l-Kavallieri marru jabitaw fil-Belt il-ġdida in-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir.  

Meta ġew l-Ingliżi f’Malta fl-1800, Sant’Anglu kien l-għażla naturali li biex jipproteġu x-xwieni tagħhom.   Aktar minn hekk, eventwalment, Sant’ Anglu sar uffiċjalment il-kwartier ġenerali  għall-flotta Ingliża.  Sant’Anglu issa beda jissejjah H.M.S. St. Angelo iġifieri Her/ His Majesty’s Ship bħallikieku l-Forti kien bastiment ankrat.

Illum il-parti ta’ fuq nett ta’ Sant’Anglu reġgħet ġiet mogħtija lil-Ordni ta’ San Ġwann b’ċens. Il-parti ta’ nofs infetħet għall-pubblika taħt is-sorveljanza u l-management ta’ Heritage Malta. Il-isfel ta’ ħdejn il-baħar, illum isservi bħala moll u ambjent ta’ rmiġġ għall-jottijiet u opri tal-baħar oħra.

Koordinati: 35°53′17″N 14°31′21″E / 35.88806°N 14.5225°E / 35.88806; 14.5225

Nies Magħrufa Ġirbin

immodifika

Għaqdiet Sportivi

immodifika

It-tim tal-futbol Vittoriosa Stars twaqqaf minn Feliċ Grima fl-1906, għalkemm hemm ħjiel li Vittoriosa Melita kienu diġa lagħbu fl-1902. Fl-1912 bdew jieħdu sehem fil-Kampjonat Malti. Għalkemm il-Vittoriosa Stars huma tim minn belt żgħira xorta baqgħu jieħdu sehem, anki jekk l-unuri kienu l-ftit. Fl-1954-55 rebħu t-Tieni Diviżjoni u s-sena ta' wara dehru fl-għola kampjonat Malti. Wara sena ġew relegati, sakemm fl-1975-76 ġew it-tieni fit-Tieni Diviżjoni u promossi. Din id-darba rnexxilhom iżommu sentejn mal-kbar sakemm fl-1977 tilfu posthom.

Illum it-tim jilgħab fil-format ġdid tal-Kampjonat Premier. Il-każin preżenti jinsab fid-dar imsejħa Domus Panis Celestis, illi qabel kienet isservi bħala ċentru ta' tagħlim reliġjuż tal-Mużew.


Postijiet ta' interess fil-Birgu

  • Il-Knisja Parrokkjali ta'San Lawrenz, Xatt ta' San Lawrenz (jew tidħol minn Misraħ ir-Rebħa.
  • Il-Forti Sant'Anġlu, Birgu Marina
  • Il-Knisja tal-Lunzjata, Triq il-Mina l-Kbira
  • Il-Mużew tal-Paroċċa, L-Oratorju ta' San Ġużepp (tidħol minn Misraħ ir-Rebħa)
  • Is-swar tal-Birgu (naħa li tagħti għal fuq il-Kalkara
  • It-toroq dojoq u antiki tal-Birgu (il Collacchio)


Avvenimenti rikurrenti fil-Birgu

  • Il-Festa ta' San Lawrenz - 10 ta' Awwissu
  • Il-Festa ta' San Duminku - l-aħħar Ħadd ta' Awwissu
  • Birgu Fest - t-2. weekend ta' Ottubru
  • Il-Monti ta' nhar ta' Tlieta - barra s-swar ta-Birgu
  • Il-Monti ta' nhar ta' Ħadd (car boot sale / flea market) fil-ground tal-Fortini


Ħoloq esterni

immodifika