Flimkien nilħqu l-miri tagħna u nħejju lill-Unjoni tagħna għall-futur Ħarsa ġenerali Matul dawn l-aħħar 5 snin, l-UE wittiet it-triq lejn programm ta’ modernizzazzjoni ambizzjuż. Matul dan il-mandat, il-Kummissjoni Ewropea se tiffoka fuq l-implimentazzjoni, l-investiment u r-riforma biex tħejji għall-futur. Dan se jinvolvi l-iżvilupp ta’ baġit tal-UE aktar sempliċi u li jħalli impatt akbar biex il-fondi jiġu pprovduti fejn huma l-aktar meħtieġa; l-implimentazzjoni ta’ riformi biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb ta’ unjoni akbar u t-tisħiħ tas-sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew. Il-ħidma f’dawn l-oqsma se tolqot l-azzjonijiet dwar il-prijoritajiet l-oħra tagħna u se tirrikjedi lill-istituzzjonijiet u l-pajjiżi tal-UE jaħdmu flimkien bħala tim.X’appoġġ joffri l-baġit tal-UE? 31.5 miljunpersuna bbenefikaw mill-appoġġ biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE, support to mitigate unemployment risks in an emergency) fl-2020€270 biljunżborżati għall-irkupru ekonomiku tal-pajjiżi tal-UE bis-saħħa tan-NextGenerationEU Objettivi Baġit ġdid adattat għall-ambizzjonijiet tagħnabiex nużaw il-kapaċità finanzjarja tagħna bl-aħjar mod possibbliAġenda ta’ riforma ambizzjuża għall-Ewropabiex niżguraw il-funzjonament tajjeb ta’ Unjoni akbarTisħiħ tas-sħubija mal-Parlament Ewropewbiex niksbu r-riżultati flimkien b’mod aktar effettiv Kif se nilħqu l-objettivi tagħna Matul il-mandat tal-Kummissjoni bejn l-2024 u l-2029, u bl-għan li nżommu lill-Ewropa fit-triq tagħha ta’ modernizzazzjoni u tħejjija għall-futur, se nwassluBaġit ġdid adattat għall-ambizzjonijiet tagħna Biex inkomplu nwettqu l-ambizzjonijiet tagħna, neħtieġu baġit tal-UE modern u msaħħaħ. Għal dan l-għan, aħna se:nipproponu baġit ġdid fit-tul fl-2025, li jkun aktar iffukat fuq il-prijoritajiet tagħna, aktar sempliċi fil-mod kif jaħdem, u li jħalli impatt akbar permezz ta’ żieda fl-ingranaġġ tal-finanzjament nazzjonali, privat u istituzzjonalinipprovdu l-fondi tal-UE biss meta l-istat tad-dritt jitħaresinsaħħu u nimmodernizzaw id-dħul għall-baġit tal-UE b’riżorsi proprji ġodda biex niżguraw finanzjament suffiċjenti għall-prijoritajiet komuni tagħnanagħtu spinta lill-finanzjament tal-azzjoni esterna tagħna, biex ikollu impatt akbar u jkun aktar maħsub għas-sħab tagħna u aktar allinjat mal-interessi strateġiċi tagħna Aġenda ta’ riforma ambizzjuża għall-Ewropa Biex niżguraw il-funzjonament tajjeb tal-Unjoni tagħna fid-dawl ta’ tkabbir futur, neħtieġu riformi ambizzjużi. Jeħtieġ ikollna l-għodod biex nindirizzaw l-isfidi ġeopolitiċi u ntejbu l-leġittimità demokratika. Biex niksbu dan, se:nissoktaw bis-segwitu tal-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropanappoġġaw bidliet fit-trattati meta dawn ikunu jistgħu jtejbu l-Unjoni tagħnanaħdmu biex niżguraw li kemm il-pajjiżi tal-UE kif ukoll il-pajjiżi futuri tal-UE jkunu lesti meta l-UE titkabbarnippreżentaw ir-rieżamijiet tal-politiki ta’ qabel it-tkabbir li jiffukaw fuq setturi individwali bħall-istat tad-dritt, is-suq uniku, is-sigurtà tal-ikel, id-difiża u s-sigurtà, il-klima u l-enerġija, u l-migrazzjoninippreżentaw proposti biex insaħħu l-kapaċità tal-Ewropa li taġixxi, billi neżaminaw formati u proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ġodda, inkluż għal Unjoni akbar Sħubija msaħħa mal-Parlament Ewropew The European Parliament in StrasbourgBiex insaħħu s-sħubija tagħna mal-Parlament Ewropew, ħalli nkunu nistgħu niksbu r-riżultati flimkien b’mod aktar effettiv, se:inkomplu nappoġġaw l-inizjattivi leġiżlattivi tal-Parlament Ewropewinsaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni tagħna mal-Parlament, fejn il-Kummissarji se jieħdu sehem fi djalogi strutturati mal-kumitati Parlamentari meta l-Parlament jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal liġi (f’konformità mal-Artikolu 225 tat-TFUE)naħdmu mal-Parlament Ewropew biex nirrevedu l-Ftehim Qafas tagħna ħalli nsaħħu r-responsabbiltà politika konġunta tagħna, inżidu l-fluss tal-informazzjoni u niżguraw trasparenza akbarinsaħħu d-djalogu tagħna u niżguraw li l-Kummissarji jkunu aktar preżenti fil-kumitati rispettivi tagħhom u fis-sessjonijiet plenarji tal-Parlament Progress s’issa Immonitorja, segwi, u ibqa’ aġġornat dwar il-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi fil-qafas ta’ din il-prijorità. Lulju 2025Il-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha għal Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ambizzjuż u dinamiku għall-2028–2034, li jammonta għal kważi €2 triljunFrar 2024Ftehim politiku dwar ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027Novembru 2023Il-Kummissjoni tniedi ċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew tal-2024 li jgħin jidentifika l-isfidi ekonomiċi u soċjali fl-UE Fiċ-ċentru tal-attenzjoni Il-baġit tal-UE l-ġdid għall-2028–2034 għal Ewropa aktar b’saħħithaIl-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal baġit tal-UE fit-tul li huwa ambizzjuż għall-perjodu 2028–2034. Kważi €2 triljun, jew 1.26 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE bħala medja, se jappoġġaw l-ambizzjoni tal-Ewropa biex tirnexxi matul id-deċennju li ġej. Il-baġit se jsaħħaħ b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-UE li twettaq politiki ewlenin, tindirizza prijoritajiet ġodda u emerġenti u tkompli tappoġġa lin-nies, lin-negozji, lill-pajjiżi, lir-reġjuni u lis-sħab tal-UE u fuq kollox, lill-futur kollettiv tal-UE.Aqra aktar Suġġetti relatatiBaġit tal-UETkabbir Min hu inkarigat?Raffaele FittoIl-Viċi President Eżekuttiv għall-Koeżjoni u r-RiformiMaroš ŠefčovičIl-Kummissarju għall-Kummerċ u għas-Sigurtà Ekonomika kif ukoll għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u għat-TrasparenzaValdis DombrovskisIl-Kummissarju għall-Ekonomija u għall-Produttività kif ukoll għall-Implimentazzjoni u għas-SimplifikazzjoniPiotr SerafinIl-Kummissarju għall-Baġit, għall-Ġlieda Kontra l-Frodi u għall-Amministrazzjoni Pubblika Il-prijoritajiet l-oħra tal-KummissjoniIl-kompetittivitàIs-sigurtà u d-difiżaL-ekwità soċjali EwropeaIl-kwalità tal-ħajjaId-demokrazija u l-valuri tagħnaEwropa globali
Biex inkomplu nwettqu l-ambizzjonijiet tagħna, neħtieġu baġit tal-UE modern u msaħħaħ. Għal dan l-għan, aħna se:nipproponu baġit ġdid fit-tul fl-2025, li jkun aktar iffukat fuq il-prijoritajiet tagħna, aktar sempliċi fil-mod kif jaħdem, u li jħalli impatt akbar permezz ta’ żieda fl-ingranaġġ tal-finanzjament nazzjonali, privat u istituzzjonalinipprovdu l-fondi tal-UE biss meta l-istat tad-dritt jitħaresinsaħħu u nimmodernizzaw id-dħul għall-baġit tal-UE b’riżorsi proprji ġodda biex niżguraw finanzjament suffiċjenti għall-prijoritajiet komuni tagħnanagħtu spinta lill-finanzjament tal-azzjoni esterna tagħna, biex ikollu impatt akbar u jkun aktar maħsub għas-sħab tagħna u aktar allinjat mal-interessi strateġiċi tagħna
Biex niżguraw il-funzjonament tajjeb tal-Unjoni tagħna fid-dawl ta’ tkabbir futur, neħtieġu riformi ambizzjużi. Jeħtieġ ikollna l-għodod biex nindirizzaw l-isfidi ġeopolitiċi u ntejbu l-leġittimità demokratika. Biex niksbu dan, se:nissoktaw bis-segwitu tal-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropanappoġġaw bidliet fit-trattati meta dawn ikunu jistgħu jtejbu l-Unjoni tagħnanaħdmu biex niżguraw li kemm il-pajjiżi tal-UE kif ukoll il-pajjiżi futuri tal-UE jkunu lesti meta l-UE titkabbarnippreżentaw ir-rieżamijiet tal-politiki ta’ qabel it-tkabbir li jiffukaw fuq setturi individwali bħall-istat tad-dritt, is-suq uniku, is-sigurtà tal-ikel, id-difiża u s-sigurtà, il-klima u l-enerġija, u l-migrazzjoninippreżentaw proposti biex insaħħu l-kapaċità tal-Ewropa li taġixxi, billi neżaminaw formati u proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ġodda, inkluż għal Unjoni akbar
The European Parliament in StrasbourgBiex insaħħu s-sħubija tagħna mal-Parlament Ewropew, ħalli nkunu nistgħu niksbu r-riżultati flimkien b’mod aktar effettiv, se:inkomplu nappoġġaw l-inizjattivi leġiżlattivi tal-Parlament Ewropewinsaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni tagħna mal-Parlament, fejn il-Kummissarji se jieħdu sehem fi djalogi strutturati mal-kumitati Parlamentari meta l-Parlament jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal liġi (f’konformità mal-Artikolu 225 tat-TFUE)naħdmu mal-Parlament Ewropew biex nirrevedu l-Ftehim Qafas tagħna ħalli nsaħħu r-responsabbiltà politika konġunta tagħna, inżidu l-fluss tal-informazzjoni u niżguraw trasparenza akbarinsaħħu d-djalogu tagħna u niżguraw li l-Kummissarji jkunu aktar preżenti fil-kumitati rispettivi tagħhom u fis-sessjonijiet plenarji tal-Parlament
Il-baġit tal-UE l-ġdid għall-2028–2034 għal Ewropa aktar b’saħħithaIl-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal baġit tal-UE fit-tul li huwa ambizzjuż għall-perjodu 2028–2034. Kważi €2 triljun, jew 1.26 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE bħala medja, se jappoġġaw l-ambizzjoni tal-Ewropa biex tirnexxi matul id-deċennju li ġej. Il-baġit se jsaħħaħ b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-UE li twettaq politiki ewlenin, tindirizza prijoritajiet ġodda u emerġenti u tkompli tappoġġa lin-nies, lin-negozji, lill-pajjiżi, lir-reġjuni u lis-sħab tal-UE u fuq kollox, lill-futur kollettiv tal-UE.Aqra aktar
Maroš ŠefčovičIl-Kummissarju għall-Kummerċ u għas-Sigurtà Ekonomika kif ukoll għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u għat-Trasparenza
Valdis DombrovskisIl-Kummissarju għall-Ekonomija u għall-Produttività kif ukoll għall-Implimentazzjoni u għas-Simplifikazzjoni
Piotr SerafinIl-Kummissarju għall-Baġit, għall-Ġlieda Kontra l-Frodi u għall-Amministrazzjoni Pubblika